Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, għalaq il-bibien tiegħu b’mod temporanju u r-riżorsi tagħna se jkunu ffukati biex noħolqu attivitajiet ġodda u interattivi permezz tal-midja u anke onlajn. Dan jiżgura wkoll illi nkomplu nwettqu l-missjoni primarja tagħna – dik li nżidu l-interess fis-suġġetti STEM mill-ġenerazzjoni żagħżugħa.