17 ta’ Marzu 2020
It-tim ta’ l-Esplora ingħaqad sabiex joħloq videos, graphics u animations sabiex inkunu nistgħu inwasslu kontenut divertenti u edukattiv onlajn permezz ta’ Facebook, Instagram u Youtube, waqt li t-tfal jinsabu d-dar.
Iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u T-Teknoloġija, Dr Jeffrey Pullicino Orlando, stqarr li “minħabba is-sitwazzjoni attwali kellna nagħlqu l-bibien ta’ Esplora. Huwa grazzi għax-xjenza li ser negħlbu din is-sitwazzjoni. L-għarfien, ix-xjenza, ser jgħina wkoll biex nipproteġu lilna nfusna u lill-għeżież tagħna. It-tim ta’ Esplora ser ikompli jilħaqkom onlajn.”
Mit-Tlieta 17 ta’ Marzu, Esplora bdiet ixxandar xows tax-xjenza divertenti u qosra bl-użu ta’ Facebook Live kif ukoll xi kontenut ieħor varjat. Ha ningħaqdu mal-PBS f’din l-inizjattiva biex nilħqu firxa kemm jista’ jkun wiesa ta’ nies.
Bħala ċentru interattiv għax-xjenza dejjem naħsbu biex nirreaġixxu għal dak li jkun qed jiġri madwarna u għaldaqstant ser inkunu ukoll qed nittrattaw suġġetti bħall-Immunita’ u s-Saħħa w s-Sigurta’. Il-programme developers tagħna ser ikunu qed iwasslulkom blog fuq il-website tal-Esplora kull nhar ta’ Ġimgħa fejn ser ikun hemm proġetti tax-xjenza interessanti.
Aċċessibli minn http://esplora.org.mt/category/latest-from-the-blog/
Segwuna!