EXPO tas-Servizz Pubbliku 2024

Bi pjaċir, inħabbru li bħala Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora se nkunu qed nipparteċipaw fit-tieni edizzjoni tal-EXPO tas-Servizz Pubbliku li se tittella’ fl-MFCC f’Ta’ Qali bejn il-15 u d-19 ta’ Mejju 2024. Żjara sal-EXPO tipprovdilek għarfien aħjar dwar kif tiffunzjona l-amministrazzjoni pubblika u x-xogħol li jsir fil-qasam tas-servizz pubbliku. L-għan tal-EXPO huwa li tonora u tirrikonoxxi l-valur tal-firxa wiesgħa ta’ servizzi mogħtija mill-impjegati tas-servizz pubbliku. Inti mistieden iżżur l-EXPO flimkien mal-qraba u l-ħbieb biex tkabbar l-għarfien tiegħek dwar is-servizz pubbliku, u biex tifhem aħjar l-impenn li juru l-impjegati fit-twettiq ta’ xogħol siewi li jsir fil-komunità.

Nistennew bil-ħerqa li narawk fuq l-istand tal-Esplora.

Avvenimenti

Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more