Fatti tal-Annimali: it-Tiġieġa

esplora_fb_esploraaware_animalfact_6chicken
     

  • It-tiġieġ huma l-aktar għasafar domestikati fid-dinja kollha, imkabbra għall-ikel u, inqas komuni, bħala annimali domestiċi.
  •  

  • Tiġieġ domestiċi huma dixxendenti ta’ għasfur selvaġġ Indjan imsejjaħ il-junglefowl aħmar, li ġie domestikat madwar 5000 sena ilu fl-Asja. Fil-Greċja Antika, kienu għadhom meqjusa bħala annimali eżotiċi u kienu ammirati għall-kuraġġ u r-rix sabiħ tagħhom. Fil-ħrejjef ta’ Aesop, anke iljuni spiss jibżgħu minn tiġieġ.
  •  

  • Huma annimali intelliġenti u docili, li spiss juru affezzjoni u kurżità, kif ukoll għandhom il-personalitajiet distintivi tagħhom u r-rekwiżiti soċjali għall-bnedmin jew tiġieġ oħra. Bħala annimali domestiċi, huma mistennija li jgħixu minn 3 sa 10 snin jew saħansitra itwal, fil-każ ta’ ċerti razez. L-eqdem tiġieġ magħruf miet fl-età ta’ 16-il sena minn insuffiċjenza tal-qalb.
  •  

  • It-tiġieġ huma omnivori, li jieklu prinċipalment żrieragħ u ħaxix, iżda wkoll insetti, gremxul, sriep, u ġrieden.

Avvenimenti

Iċċelebra dan il-Karnival fl-Esplora permezz tat-tieni edizzjoni ta’ KartaFesta!

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more