Għaddi – Mixja esperjenzali madwar il-Kalkara

Għaddi – Mixja esperjenzali madwar il-Kalkara, huwa proġett bl-għan li jiċċelebra l-identità soċjo-kulturali, l-istorja u l-memorja kollettiva tal-Kalkara. Wara proċess ta’ ko-kreazzjoni li ilu għaddej minn Jannar, numru ta’ membri mill-komunità Kalkariża jirrakuntaw l-istejjer u l-esperjenzi tar-raħal waqt li jaqsmu l-ħiliet u s-snajja’ tagħhom bħala parti minn mixja esperjenzali miftuħa għall-pubbliku – b’mod speċjali għall-familji interġenerazzjonali: tfal, ġenituri/kustodja u nanniet.

 

Il-mixja titlaq mill-Esplora, tgħaddi minn uħud mit-toroq ġewwa ċ-ċentru tal-Kalkara, u tispiċċa lura l-Esplora. Il-mixja hija twila madwar sagħtejn, inkluż 5 waqfiet ta’ madwar 15-il minuta l-waħda, fejn il-familji jkollhom iċ-ċans jiltaqgħu mal-membri mill-komunità tal-Kalkara u flimkien joħolqu xi ħaġa b’idejhom.

 

Din il-mixja taddotta l-metodu DIY fejn kull persuna tingħata awdjo-narrativ – fuq MP3 player jew tista’ titniżżel fuq l-ismartphone personali permezz ta’ QR code, mill-websajt tal-Esplora, dakinhar tal-mixja – u ktejjeb żgħir bħala gwida. F’kull waqfa jkun hemm membru mill-komunità tal-Kalkara flimkien ma’ Explainer tal-Esplora. L-awdjo-narrativ se jkun offrut bil-Malti jew bil-Lingwa tas-Sinjali Maltija. Kull persuna tingħata wkoll baskett bir-riżorsi biex jintużaw f’kull waqfa.

 

Dan il-proġett huwa mtellgħa mill-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara, l-Esplora Interactive Science Centre u l-artista komunitarja Kristina Borg, u huwa megħjun minn Komunitajiet Kreattivi – Il-Kunsill Malti għall-Arti, mill-Parroċċa tal-Kalkara u mill-Kunsill Lokali Kalkara.

 

Dati:

 

Ħinijiet ta’ tluq mill-Esplora:

 

Kull ħin huwa miftuħ għal familja waħda jew grupp wieħed, sa massimu ta’ 6 persuni kull grupp.

 

Tul tal-mixja, inkluż il-5 waqfiet: Madwar sagħtejn

 

Dħul: B’xejn, pero għandek tibbukkja minn qabel billi timla d-dettalji tiegħek hawn https://forms.gle/hqfcUp7cjgqNRUcv9

 

Età rrakkomandata: 6+ (imma l-etajiet kollha huma milqugħa!)

 

Lingwa: 

Jekk jogħġobkom, importanti li żżommu f’moħħkom: 

  1. Kunu l-Esplora 15-il minuta qabel it-tluq tal-ħin tagħ
  2. Il-mixja sseħħ f’kull tip ta’ temp, sakemm ma jkunx ta’ periklu.
  3. Ilbsu żarbun komdu għall-mixi u tajjeb għax-xita.
  4. Ġibu kappell tax-xemx jew umbrella/raincoat, skont it-temp.
  5. Ġibu tazza li terġa’ tintuża.
  6. Ġibu karta tal-identità bħala depożitu għall-headphones u l-mp3 player.
  7. Jekk għandkom, ġibu par headphones.
  8. Jekk għandkom, ġibu l-ismart phone; tkunu tistgħu tniżżlu l-awdjo-narrativ permezz tal-wifi ġewwa l-Esplora.
  9. Uħud mit-toroq għandhom it-taraġ, imma se jkun hemm ukoll l-għażla li tgħaddu minn rotot alternattivi jekk għal raġuni jew oħra tippreferu ma tużawx it-taraġ. Hemm biss trejqa qasira li hija ftit wieqfa b’art ftit imħ

 

Miżuri ta’ prevenzjoni ta’ tixrid tal-imxija tal-COVID-19

  1. Persuni b’sintomi respiratorji jew ta’ influwenza jew li suppost jinsabu taħt kwarantina mandatorja jew suġġerita skont id-direttivi tal-Awtorità tas-Saħħa ma jitħallewx jipparteċipaw f’din il-mixja.
  2. It-temperatura tiġi mitkejla hekk kif il-persuni jaslu l-Esplora, u min ikollu temperatura ta’ 37.2°C jew ogħla ma jitħalliex jipparteċipa f’din il-mixja.
  3. Ma’ kull entratura se jkun hemm sanitiser għall-użu tal-pubbliku, kemm ġewwa l-Esplora kif ukoll ma’ kull waqfa tal-mixja.
  4. Persuni ’l fuq minn 3 snin għandhom jilbsu l-maskra ġewwa l-Esplora u f’kull waqfa tal-mixja, kemm il-pubbliku kif ukoll l-organizzaturi.
  5. Għandha tiġi rrispettata d-distanza ta’ sigurtà ta’ 2 metri f’kull mument.
  6. Riżorsi komuni se jiġu mnaddfa wara kull familja jew grupp.

 

ghaddi-web-750x500

Avvenimenti

Milied Ġewwa L-Esplora

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more