Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija japprezza x-xogħol kollu li qed isir minn 𝗸𝘂𝗹𝗹 impjegat li qed jagħti servizz fil-qasam tas-saħħa f’dawn iż-żminijiet. Dawn 𝗸𝗼𝗹𝗹𝗵𝗮 se jkunu qegħdin jibbenifikaw minn dħul b’xejn fl-Esplora. Dan qed ikun imħabbar fi stadji diversi fix-xhur li ġejjin biex nirrispettaw il-miżuri tal-COVID-19 u nevitaw l-iffullar. Dan ix-xahar bdejna bl-impjegati ta’ Mater Dei.