Ħinijet ta’ Ftuħ filgħaxija (30 t’April 2022)

Esplora huwa l-post perfett minn fejn tista’ tgawdi l-wirja spettakolari u kkulurita tal-Grand Final tal-Malta International Fireworks Festival. Apparti mill-ħinijiet normali ta’ ftuħ bejn l-10 am u s-6 pm, nhar is-Sibt 30 t’April, Esplora se jiftaħ ukoll filgħaxija bejn is-7 pm u l-11 pm. Matul dawn il-ħinijiet ta’ ftuħ, il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità li jimirħu madwar l-esebiti u jipparteċipaw f’xows tax-xjenza.

Biljetti għal dawn is-sigħat jistgħu jinxtraw online mill-buttuna ta’ hawn taħt; jew inkella tista’ tixtri l-biljetti fir-Reception tal-Esplora mad-dħul a bażi ta’ min jasal l-ewwel, jidħol l-ewwel.

Viżitaturi, Edukaturi u LSEs li, waqt dawn il-Ħinijet ta’ Ftuħ ta’ filgħaxija, jixtiequ jagħmlu użu minn biljetti complimentary, vouchers jew offerti bi skonti jistgħu:

• Iżuru Esplora biex jibbukkjaw id-dħul tagħhom u l-attività li jixtiequ jipparteċipaw fiha, minn qabel;
• Jagħmlu użu mill-vouchers u offerti fil-ġurnata taż-żjara tagħhom iżda d-dħul se jkun a bażi ta’ min jibbukkja l-ewwel, jidħol l-ewwel, u jiddependi fuq l-ammont li jistgħu jidħlu nies kull ġurnata.
Biljetti complimentary, vouchers u offerti ta’ skonti ma jistgħux jintużaw waqt l-online booking.

Ħu l-opportunità sabiex tesplora ċ-ċentru tax-xjenza filgħaxija u tiskoprih b’modi ġodda. ESPERJENZA LI MA TINSIX!

microsoftteams-image-8

Avvenimenti

KurżitàJiem  

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more