Ħinijet ta’ Ftuħ filgħaxija 9 t’Awwissu 2022 – Il-biljetti huma mibjugħa kollha

Esplora huwa l-post perfett minn fejn tista’ tgawdi l-wirja spettakolari tan-nar ta’ La Notte di San Lorenzo. Apparti mill-ħinijiet normali ta’ ftuħ bejn id-9 am u t-3 pm, nhar it-Tlieta 9 t’Awwissu, Esplora se jiftaħ ukoll filgħaxija bejn is-7.30 pm u l-11.30 pm. Matul dawn il-ħinijiet ta’ ftuħ, il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità li jimirħu madwar l-esebiti, jipparteċipaw f’xows tax-xjenza jew jaraw film/xow fl-EsploraPlanetarium.

 

X’se ssib:
• Żona għall-BBQ
• Bar u anke Wine Bar
• Xows tax-Xjenza
• Planetarium Films/Xows
• 200+ esebit interattiv*
• Wirja tan-Nar
• Veduti sbieħ tal-Port il-Kbir u ż-żoni tal-madwar

Il-Biljetti għal dawn is-sigħat huma mibjugħa

 

Viżitaturi, Edukaturi u LSEs li, waqt dawn il-Ħinijet ta’ Ftuħ filgħaxija, jixtiequ jagħmlu użu minn biljetti complimentary, vouchers jew offerti bi skonti jistgħu:

• Iżuru Esplora biex jibbukkjaw id-dħul tagħhom u l-attività li jixtiequ jipparteċipaw fiha, minn qabel.

Biljetti complimentary, vouchers u offerti ta’ skonti ma jistgħux jintużaw waqt l-online booking.

 

Ħu l-opportunità sabiex tesplora ċ-ċentru tax-xjenza filgħaxija u tiskoprih b’modi ġodda. ESPERJENZA LI MA TINSIX!
*Il-bini tal-Esebiti tal-Esplora se jibqa’ miftuħ sal-11 ta’ filgħaxija

 

lanotte-website

Avvenimenti

KurżitàJiem  

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more