Ħinijiet ta’ Ftuħ filgħaxija

Nhar it-Tnejn, 20 ta’ Settembru, Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza se jiftaħ filgħaxija bejn is-6.30pm u l-10.30pm.

Matul dawn il-ħinijiet ta’ ftuħ, il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità li jimirħu madwar l-esebiti u jinteraġixxu magħhom, kif ukoll jipparteċipaw f’xow fantastiku tax-xjenza li hu relatat mat-tema kurrent fl-Esplora, Insiru Nafu Ġisimna.

Esplora se jkun ukoll il-post perfett minn fejn tista’ tgawdi l-wirja spettakolari u kkulurita tal-logħob tan-nar ta’ The Malta Fireworks Special 2021. Il-biljetti għal dawn is-sigħat jistgħu jinxtraw biss onlajn mill-ħolqa ta’ hawn taħt.

Ħu l-opportunità sabiex tesplora ċ-ċentru tax-xjenza filgħaxija u tiskoprih b’modi ġodda. ESPERJENZA LI MA TINSIX!

 

Postijiet limitati.

Il-biljetti jinkludu 1 Xow tax-Xjenza. Jekk tixtiequ tattendu għal xow ieħor (apparti dak li diġà għażiltu), ibbukkjaw il-biljett tagħkom mir-Reception tal-Esplora mad-dħul, għall-prezz ta’ €1 kull persuna għal kull xow żejjed.

extrahours20sept_website

Avvenimenti

UoM Electric Car Launch

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more