Ħinijiet ta’ ftuħ ta’ Filgħaxija – La Notte di San Lorenzo

Ippreparaw ruħkom għal divertiment kbir waqt il-ħinijiet ta’ ftuħ ta’ filgħaxija ta’ Esplora! Ninsabu ferħanin ħafna biex nilqgħukom lura fiċ-ċentru tax-xjenza għal serata indimentikabbli. Ħudu nota fuq il-kalendarju għal nhar l-Erbgħa, 9 ta’ Awwissu, 2023, għax dan se jkun avveniment li ma jintilifx!

Hekk kif ix-xemx tkun nieżla u l-eċitament jibda jikber, lestu ruħkom biex tidħlu f’dinja interattiva tax-xjenza. Esploraw iċ-ċentru tax-xjenza u pparteċipaw f’shows tax-xjenza u anke f’workshops interessanti ħafna.

U dan mhux kollox! Ippreparaw biex tgawdu wirja sabiħa tal-logħob tan-nar ta’ La Notte di San Lorenzo, hekk kif idawwal ix-xenarju sabiħ li joffri l-Port il-Kbir. Issaħħru waqt lejla maġika u tpaxxew bil-veduti panoramiċi tal-madwar. Nafu li l-esplorazzjoni u l-eċitament jistgħu jqabdulkom ukoll l-aptit ta’ xi ħaġa xi tnaqqru. Iżda tinkwetawx għax l-EsploraCafé se jkun miftuħ għal diversi snacks on-the-go.

Is-serata se tibda fis-7.30 pm sal-11.30 pm. Nitolbukom tinnutaw li l-bini tal-EsploraPlanetarium se jkun magħluq f’dawn il-ħinijiet iżda tinkwetawx għax il-Galleriji tal-Esebiti se jibqgħu miftuħin sal-11.00 pm u ż-żoni ta’ barra se jibqgħu miftuħin sal-11.30 pm.

Biex tiżguraw il-post tagħkom għal dan l-avveniment, idħlu fuq https://www.showshappening.com/Esplora-Interactive-Science-Centre/Evening-Opening-Hours–La-Notte-di-San-Lorenzo biex taqtgħu l-biljett tagħkom.

Biljetti ta’ Entratura:

€7 Adulti

€5 Tfal (3-15-il sena) / Persuni li għandu l-KartAnzjan / Detenturi tal-Karta tad-Diżabilità

Mela x’qed tistennew? Ippreparaw ruħkom għal serata li tibqgħu tiftakru żgur! Narawkom hemm!

Avviż Importanti:

Biljetti kumplimentari, vouchers jew offerti ta’ skonti ma jistgħux jinfdew waqt il-Ħinijet tal-Ftuħ ta’ filgħaxija tad-9 ta’ Awwissu 2023.

Termini u Kundizzjonijiet

Ġentilment nixtiequ ninfurmawkom li jistgħu jittieħdu xi ritratti/filmati waqt il-Ħinijiet ta’ Ftuħ ta’ Filgħaxija. Il-preżenza tiegħek waqt l-avveniment tikkostitwixxi kunses biex jittieħdu ritratti/filmat għal skopijiet ta’ Marketing u pubbliċità. Jekk ma tixtieqx li tidher f’dawn ir-ritratti/filmati, jekk jogħġbok kellem lil membru tar-Reception tagħna. Dawn jagħtuk stiker speċjali biex tippermetti lill-fotografu/videographer tagħna jidentifikak u ma jinkludikx fl-ebda ritratt/filmat. Aktar informazzjoni tista’ tingħata mir-Reception tagħna.

Avvenimenti

UoM Electric Car Launch

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more