Ħinijiet ta’ Ftuħ ta’ Filgħaxija – Il-biljetti huma mibjugħa kollha

Ninsabu ħerqana biex nilqgħukom lura l-Esplora biex tgawdu ċ-ċentru tax-xjenza filgħaxija! Ingħaqdu magħna nhar il-Ħadd 30 t’April għall-ħinijiet ta’ ftuħ ta’ filgħaxija fejn tkunu tistgħu tesploraw iċ-ċentru interattiv tax-xjenza, tipparteċipaw f’xows tax-xjenza divertenti u tesperjenzaw il-wirja sabiħa tal-logħob tan-nar tal-gran finale tal-Malta International Fireworks Festival, filwaqt li tgawdu wkoll il-veduti sbieħ tal-Port il-Kbir.

Matul din is-serata, se jkollkom l-opportunità li taraw wirja sabiħa ta’ logħob tan-nar hekk kif isebbħu s-sema ta’ bil-lejl, wirja li tkun sinkronizzata perfettament mal-mużika u li permezz tagħha tkunu wkoll tistgħu timpressjonaw ruħkom b’uħud mill-aqwa tekniki tal-piroteknika. Se tkun wirja li m’għandkomx titilfu!

U jekk waqt li tkunu qed tesploraw u tgawdu l-veduti, jaqbadkom aptit ta’ xi ħaġa, aslu waslu sal-EsploraCafè u aqtgħu l-aptit b’xi snacks on-the go. Jekk tixtiequ tagħtu ħarsa lejn il-menu tal-ġurnata, inħeġġukkom tiċċekjaw hawnhekk.

Meta: Il-Ħadd 30 t’April 2023

Ħin: Mis-7.30 ta’ filgħaxija sal-11.30 ta’ bil-lejl. Ġentilment mitlubin tinnutaw li waqt il-Ħinijiet ta’ Ftuħ ta’ Filgħaxija, il-bini tal-EsploraPlanetarium se jkun magħluq u s-Swali tal-Esebiti se jkunu miftuħin sal-10 ta’ filgħaxija. Iż=żoni kollha ta’ barra se jibqgħu miftuħin sal-11.30 ta’ bil-lejl.

Biljetti: Il-biljetti għal dawn is-siegħat huma mibjugħa

Il-ħlas tal-entraturi jinkludi xow wieħed tax-xjenza b’xejn, li jista’ jintgħażel mir-Reception mad-dħul. Ix-xows tax-xjenza li se jkunu disponibbli dakinhar huma Beautiful Bubbles u Colours Everywhere.

Avviż Importanti

Viżitaturi, Edukaturi u LSEs li, fil-Ħinijiet ta’ Ftuħ ta’ filgħaxija tat-30 t’April, jixtiequ jagħmlu użu minn biljetti complimentary, vouchers jew skonti/offerti oħra jistgħu jibbukkjaw il-biljett tad-dħul tagħhom billi jibagħtu email fuq esplora.info@esplora.org.mt  Biljetti complimentary, voucher jew skonti/offerti ma jistgħux jintużaw waqt l-online booking.

Termini u Kundizzjonijiet

Ġentilment nixtiequ ninfurmawkom li jistgħu jittieħdu xi ritratti/filmati waqt il-Ħinijiet ta’ Ftuħ ta’ Filgħaxija. Il-preżenza tiegħek waqt dan l-avveniment tikkostitwixxi kunsens biex jittieħdu ritratti/filmati għal skopijiet ta’ marketing u pubbliċità. Jekk ma tixtieqx li tidher f’dawn ir-ritratti/filmati, jekk jogħġbok kellem lil membru tar-Reception tagħna. Dawn jagħtuk stiker speċjali biex tippermetti lill-fotografu/videographer tagħna jidentifikak u ma jinkludikx fl-ebda ritratt/filmat. Aktar informazzjoni tista’ tingħata mir-Reception tagħna.

Avvenimenti

UoM Electric Car Launch

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more