Ħinijiet tal-Ftuħ filgħaxija

AĠĠORNAMENT IMPORTANTI: Minħabba l-maltemp mistenni, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu pposponiet dan l-avveniment għal nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju.

Bi pjaċir kbir qed noffrulkom l-opportunità unika li żżuru iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora filgħaxija! Jekk tħobb il-piroteknika, nistednuk tingħaqad magħna nhar il-Ħadd 30 ta’ April mis-7.30pm ‘il quddiem, biex tgawdi serata pjaċevoli l-Esplora, fejn filwaqt li tara l-esebiti interattivi li għandu x’joffri ċ-ċentru tax-xjenza, titpaxxa wkoll b’wirja piroteknika li se tkun il-qofol tal-gran finale tal-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar.
Jekk jaqbdek il-ġuħ jew tiggosta xi haġa x’tixrob, tista’ tmur l-EsploraCafe fejn issib għażla vasta ta’ ikel u xorb bnin li nistednuk tikkonsma fit-terrazzin tal-EsploraCafe waqt li tgawdi nżul ix-xemx u titpaxxa b’veduta mill-isbaħ tal-Port il-Kbir tal-Belt Valletta.
Jekk forsi qatt ma ġejt l-Esplora għandek tieħu vantaġġ minn din l-opportunita unika biex tara b’għajnejk x’għandu x’joffri ċ-centru interattiv u taprofitta ruħek minn dan iċ-ċans li tesperjenza ċ-ċentru bil-lejl! Nhar il-Ħadd, 30 ta’ April, iċ-ċentru interattiv tax-xjenza se jiftaħ il-bibien tiegħu bejn l-1930hrs u l-2300hrs, għal serata indimentikabbli fejn minbarra l-opportunità li tesperjenza l-fuq minn 300 esebit, tkun tista’ anki tibbukkja post biex tattendi għal waħda jew aktar mid-diversi wirjiet tax-xjenza divertenti tagħna, sakemm isir il-ħin biex tissaħħar bil-wirja meraviljuża tal-logħob tan-nar.
Peress li l-Esplora għandu veduti miftuħin u mill-isbaħ, il-viżitaturi se jkunu jistgħu jgawdu dan l-ispettaklu vibranti tal-logħob tan-nar, li se jkun sinkronizzat mal-mużika. Dan mistenni jkun avveniment pirotekniku spettakolari li mhux ta’ min jitilfu!

Meta: Il-Ħadd 30 ta’ April 2023
Ħin: Bejn is-730pm u l-1130pm.
Matul il-ħinijiet tal-ftuħ ta’ filgħaxija, il-binja ta’ l-esploraPlanetarium se tkun magħluqa, filwaqt li l-galleriji tal-wirjiet se tiftaħ sal-10.00pm. Iż-żoni kollha fuq in-naħa ta’ barra se jibqgħu miftuħa sal-11.00pm.

Prezzijiet tal-Avveniment:
• Trabi (0-2 snin): B’xejn
• Detenturi tal-Karta tad-Diżabilità: €3
• Anzjani (60+): €4
• Biljett għat-Tfal (3-15-il sena): €5
• Biljett għall-Adulti (16+): €10

Il-Ħlas tad-Dħul jinkludi spettaklu wieħed tax-xjenza b’xejn u dan jista’ jiġi bbukkjat fir-reception fuq bażi first come first served.
Il-biljetti fil-bieb huma limitati u se jkunu wkoll fuq bażi first come, first served. Biex tevita d-diżappunt, nirrakkomandaw li tixtri l-biljetti tiegħek online biex tiżgura d-dħul. https://www.showshappening.com/Esplora-Interactive-Science-Centre/Fireworks-Festival–Esplora-Evening-Opening-hours

Sfortunatament, il-biljetti b’xejn, vawċers, jew offerti ta’ skont ma jistgħux jinfdew waqt dan l-avveniment

Avvenimenti

KurżitàJiem  

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more