Ingħaqad magħna dan il-Karnival għat-tieni edizzjoni ta’ KartaFesta, hekk kif l-Esplora bl-aktar mod sostenibbli beħsiebna niċċelebraw il-ferħ li jġibu magħhom it-tradizzjonijiet antiki!
Din is-sena, ser nagħtu l-ħajja mill-ġdid lil dawk il-ħiliet u drawwiet li qed jgħibu biż-żmien permezz ta’ attivitajiet bħat-tiswija tal-ħwejjeġ u l-ħjata. Il-viżitaturi huma mħajra jagħmlu l-karta li jiktbu fuqha huma stess u b’hekk jiskopru x’tinvolvi verament is-sengħa tradizzjonali li permezz tagħha jitfasslu l-karrijiet ikkuluriti tal-Karnival. Is-sostenibbiltà mhix xi ħaġa ġdida u ilha tifforma parti mis-soċjetà tagħna għal ġenerazzjonijiet sħaħ. Dan il-Karnival ejjew niddevertu flimkien billi ngħaqqdu s-sostenibbiltà mat-tradizzjonijiet qodma, u nipparteċipaw f’attivitajiet hands-on biex filwaqt li nieħdu pjaċir flimkien nuru r-rispett u l-imħabba lejn il-pjaneta tagħna.
Dati tal-Avveniment: 1 ta’ Marzu–4 ta’ Marzu
Ħinijiet tal-ftuħ: 10:00 AM–05:00 PM
Prezzijiet tal-Biljetti
Adulti: €12.00
Tfal: €8.00
Anzjani: €6.00
Persuni b’diżabilità u carer: Dħul b’xejn
Il-biljetti jinkludu dħul u attivitajiet
Ikseb il-biljetti tiegħek illum minn showshappening.com biex tiggarantixxi postok! Biljetti limitati se jkunu disponibbli fil-bieb fuq bażi first come first served.
Attivitajiet Ewlenin waqt l-Avveniment
Sounds Amazing | Għal familja kollha
Xow tax-Xjenza (Ħin Skedat)
X’inhu l-ħoss? Kif nisimgħuh u kif nistgħu nbiddluh? Skopri l-misteri tal-istrumenti mużikali fix-xow tax-xjenza Sounds Amazing, u skopri kif joħroġ il-ħoss,kif jivvjaġġa minn widnejna, u kif nistgħu nbiddluh. Ingħaqad magħna għal dan ix-xow interattiv tax-xjenza u tgħallem kif tista’ toħloq l-istrumenti mużikali tiegħek!
DIY Paper Making | 6+
Workshop Hands-on (Ħin Skedat)
Qatt bsart li hemm mod kif tittrasforma l-karti qodma f’folji ġodda fjamanti? Minflok ma naqtgħu s-siġar biex nagħmlu karta mill-bidu, aħna nuruk kif tirriċikla l-karta użata tiegħek f’paġni ġodda. Dan il-workshop se jinvolvi kemm lit-tfal kif ukoll lill-ġenituri b’esperjenza divertenti u edukattiva li tippromwovi s-sostenibbiltà u l-kreattività. Ingħaqad magħna u skopri l-possibbiltajiet bla tmiem tal-manifattura tal-karta DIY.
Code-a-Parade | 5+
Workshop Hands-on (Ħin Skedat)
Iddeverti flimkien mal-familja tiegħek billi tipparteċipa fil-workshop divertenti u interattiv Code-a-Parade! Waqt din l-attività se jkollok iċ-ċans tipparteċipa fl-isfilata Karnivaleska li tgħaddi mit-toroq tal-Belt Valletta! Ibni l-karru tal-karnival tiegħek bil-blocks u permezz ta’ struzzjonijiet sempliċi tal-Coding se tkun tista’ tittrasporta l-grupp taż-żfin tiegħek tul ir-rotta tal-parata taż-żfin! Din l-avventura kreattiva tal-Coding jirnexxilha tgħaqqad il-kreattività mat-teknoloġija u ż-żfin tal-festi tal-Karnival!
Let’s See Colour | 2-3 snin
Story Telling Workshop (Ħin Skedat)
Ingħaqad magħna għal dan il-workshop interattiv fejn iċ-ċkejknin tagħkom se jieħdu pjaċir jiltaqgħu ma’ Henry il-Qanfud li għadu qed jiskopri d-dinja sabiħa tal-kuluri għall-ewwel darba! Osservaw kif uliedkom jinteraġixxu ma’ Henry filwaqt li jgħinuh jitgħallem dwar il-kulur isfar jgħajjat tax-xemx u l-aħdar sabiħ tal-ħaxix billi jużaw forom ikkuluriti u dellijiet, logħob immaġinattiv, u rakkonti tal-istejjer. Dan il-workshop mhux biss joffri divertiment imma jqanqal ukoll kurżità filwaqt li jappoġġja t-tagħlim bikri fl-imħuħ. Ejja maċ-ċkejknin tiegħek u gawdi mill-kulur u l-maġija ta’ din l-esperjenza!
RestawraKarru | 5+
Science on the spot (Drop-In)
Din is-sena t-tim tal-Esplora se jibni karru tal-karnival bl-għajnuna tal-viżitaturi! Ingħaqad mat-tim li se jiggwidak tuża l-arti affaxxinanti tal-kartapesta – tradizzjoni li ma tmut qatt u li permezz tagħha jinħolqu affarijiet sbieħ bħalma huma l-karrijiet tal-Karnival. Waqt dan il-workshop titgħallem dwar it-teknika li tintuża biex jinbnew il-karrijiet, u kif dan il-metodu żviluppa matul iż-żminijiet. Din l-attività toffri opportunità mill-isbaħ għall-familji biex filwaqt li jużaw il-kreattività jitgħallmu dwar l-arti u l-inġinerija!
Sewwi Biċċa | 6+
Science on the spot (Drop-In) Daqshekk buttuni nieqsa fil-ħwejjeġ jew toqob fil-kalzetti! Se ngħallmuk tagħmel xi punti sempliċi