Il-Ġurnata Mondjali tat-Tfal

Esplora, Iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza se jiddedika weekend sħiħ biex jiċċelebra l-Ġurnata Mondjali tat-Tfal. Dan se jagħmlu billi joffri wħud mill-aktar xows tax-xjenza popolari kif ukoll l-opportunità sabiex wieħed jiltaqa’ ma’ diversi xjentisti li se jkunu qegħdin jaqsmu l-esperjenza tax-xogħol tagħhom mal-viżitaturi. Apparti minn dan, il-familji li se jżuru ċ-ċentru interattiv nhar is-Sibt 19 ta’ Novembru u l-Ħadd 20 ta’ Novembru se jingħataw biljett t’entraturi għat-tfal b’xejn ma’ kull entratura mħallsa ta’ adult.

Dati: Is-Sibt 19 ta’ Novembru u l-Ħadd 20 ta’ Novembru bejn l-10 am u l-5 pm.

 

Dawn huma l-attivitajiet li se nkunu qed noffru tul dan il-weekend:

Meet the Scientist

Dan l-ispazzju se jkun iddedikat għal diversi professjonisti li jaħdmu fl-oqsma STEM (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija, Matematika). Il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità li jiltaqgħu magħhom u jitgħallmu aktar dwar il-karrieri tagħhom u l-importanza li s-suġġetti STEM għandhom f’diversi xogħlijiet.

 

Weatherology

Età 7+ | Skopri l-għeġubijiet naturali tal-klima tad-dinja permezz ta’ Weatherology. Esperjenza sħaba kbira magħmula ġewwa u esplora mistoqsijiet bħal ‘għalfejn tagħmel ix-xita?’ u ‘kif jifformaw diversi tipi ta’ trombi?’.

 

STEM Game Show

Età 7+ | Ixgħel, Irreaġixxi, Kabbar, Addatta, Identifikà, Iddefendi u Qabbad. Meta tipparteċipa f’dan ix-xow tax-xjenza jkollok iċ-ċans li tesplora d-dinja tax-xjenza skont il-karta li tagħżel! Wieġeb mistoqsijiet bħal ‘X’inhu t-trijanglu tan-nar?’, ‘L-annimali, kif jaddattaw għall-ambjent ta’ madwarhom?’, ‘Kif tista’ tiċċekja jekk sustanza hijiex aċiduża jew alkali?’. Agħżel karta u skopri d-dinja li ngħixu fiha. X’esperiment se tagħżel?

 

Beautiful Bubbles

Etajiet 3-7 | Skopri minn xiex huma magħmulin il-bżieżaq u kif jiffurmaw. Dan ix-xow interattiv għandu bżieżaq ta’ kull daqs, tilgħin ’il fuq, sejrin ’l hemm, sejrin ’l hawn, u sejrin kwalunkwe post. Dan ix-xow ġie maħluq għall-Esploraturi ż-żgħar, għalhekk huwa daqstant divertenti!

 

Il-Ġurnata Mondjali tat-Tfal hija ċelebrazzjoni annwali li tiġi kkommemorata kull sena fl-20 ta’ Novembru. Hija ġurnata ddedikata għat-tfal madwar id-dinja sabiex tippromwovi d-drittijiet tagħhom u tqajjem kuxjenza dwar kwistjonijiet importanti li jistgħu jikkonċernaw il-futur tagħhom.

 

world-childrens-day-website-image-750x500

Avvenimenti

UoM Electric Car Launch

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more