Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (L-MCST) u ċ-Ċentru għax-Xjenza u l-Industrija (COSI) iniedu partnership innovattiv bħala appoġġ għal STEAM f’Malta

Matul il-konferenza ECSITE, MCST u COSI iffirmaw MOU li jġib l-isem ta’ Science Accords, li ser jippermetti kollaborazzjoni bejn COSI, iċ-Ċentru tax-Xjenza Interattiv ESPLORA, u l-MCST sabiex isir impenn, ispirazzjoni u trasformazzjoni ta’ ħajjiet u komunitajiet f’STEAM madwar Malta.

Matul il-konferenza ECSITE, li qed iġġib flimkien mexxejja u mużewijiet tax-xjenza minn madwar id-dinja, MCST u COSI iffirmaw memorandum ta’ ftehim nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Ġinju, sabiex jiffaċilita partnership kemm għal żmien qasir kif ukoll għal żmien itwal bi pjanijiet ta’ impenn, ispirazzjoni u trasformazzjoni f’Malta fil-qasam tax-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija, l-Arti u l-Matematika magħrufa aħjar bħala l-akkronimu (STEAM).

L-MCST u COSI ħadmu fuq il-programm COSI Science Immersion li inkluda t-tqassim tal-Learning Lunchbox kits fil-komunitajiet flimkien ma’ vouchers għaċ-Ċentru Interattiv tax-xjenza, ESPLORA. Dan il-programm kien jinkludi wkoll demos ta’ esperimenti tax-xjenza sabiex jispiraw lill- pubbliku.

Dr. Tonio Portughese, Chairman tal-MCST u l-Esplora qal li “qed nilqgħu din il-kollaborazzjoni ma’ COSI li hija riżultat tal-konferenza ECSITE li ġiet organizzatha f’Malta bejn il-15 u s-17 ta’ Ġunju mill-Esplora. Ninsabu ħerqana biex naħdmu ma’ COSI u jiġi stabbilit ftehim fit-tul u ta’ benefiċċju għaż-żewġ entitajiet.

Dr. Frederic Bertley, President u CEO ta’ COSI qal li “l-missjoni ta’ COSI hija ta’ impenn, ispirazzjoni u trasformazzjoni ta’ ħajjiet u komunitajiet u ninsabu onorati li qed naħdmu flimkien mal-MCST sabiex ningħaqdu  fil-promozzjoni tat-tagħlim tax-xjenza madwar Malta.” Huwa kompla jgħid li “huwa fatt magħruf li x-xjenza tinsab kullimkien u hija għal kulħadd u dan il-ftehim ser jgħinna naslu għand familji Maltin flimkien mal-Esplora.”

L-Onorevoli Keith Azzopardi Tanti, s-Segretarju Parlamentari taż-Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni qal li l-impenn li l-COSI juru fix-Xjenza, Teknoloġija, l-Inġinerija u l-Matematika – l-edukazzjoni STEM fl-Istati Uniti, anke fil-kooperazzjoni tagħhom man-NASA, hija allinjata mal-istrateġija tal-edukazzjoni ta’ Malta, speċjalment fl-investiment b’saħħtu li qed nagħmlu f’din it-tip ta’ edukazzjoni fejn l-MCST u l-ESPLORA huma parteċipanti attivi. Huwa kompla jgħid li l-MOU li qed jiġi ffirmat ma’ COSI ser jgħinna mmexxu ’l quddiem l-promozzjoni tal-ħiliet STEM, li huma importanti għall-futur tal-ekonomija ta’ Malta.

Il-missjoni ta’ COSI hija li tingaġġa, tispira u tittrasforma ħajjiet u komunitajiet billi jservu bħala l-aqwa sħab fix-xjenza, teknoloġija u t-tagħlim fl-industrija. Nafu li x-xjenza tinsab kullimkien u hija għal kulħadd. Ix-xjenza tagħti s-saħħa lill-kommunità u lid-dinja.

COSI tkompli ix-xogħol internazzjonali tagħha fuq STEAM madwar id-dinja. Riċentament, COSI għamlet ftehim man-NASA sabiex jitqassmu 30,000 kit madwar l-Istati Uniti. Id-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti wera l-innovazzjoni STEM permezz ta’ dawn il-Learning Lunchboxes waqt il-Fiera Dinjija f’Dubai. COSI qassmet dawn il-kits ukoll f’Londra, Pariġi, Barbados, l-Italja fost pajjiżi oħra.

L-MCST hija entità pubblika stabbilita mill-gvern lura fl-1988 bil-mandat li tagħti pariri lill-gvern fuq il-politika tax-xjenza u t-teknoloġija. L-MCST hija impenjata bis-sħiħ  fil-komunikazzjoni dwar ir-Riċerka u l-Innovazzjoni mal-pubbliku, is-settur akkademiku kif ukoll dak privat, u tipprovdi miżuri t’appoġġ fl-eko-sistema tar-riċerka sabiex tgħin ir-riċerkaturi jittrasformawl-ideat tagħhom f’realtà.

Avvenimenti

UoM Electric Car Launch

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more