Għal darb’oħra, sena skolastika oħra waslet fi tmiemha u wasal iż-żmien għall-vaganzi tas-sajf!
Iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, Esplora, qed joffri firxa ta’ esperjenzi uniċi u prattiċi għall-viżitaturi kollha f’ambjent frisk. Il-programm jinkludi xows tax-xjenza interattivi, workshops prattiċi, aktar minn 200 esebit interattiv u esperjenza fenomenali fil-Planetarium.
Il-lista t’attivitajiet interattivi hija mfassla biex tagħti opportunità lill-viżitaturi jesploraw, jaħsbu u jimmaġinaw! Sabiex niżguraw involviment kontinwu u skoperti ġodda, il-programm se jkun varjat, b’tema ċentrali li tinbidel kull ftit ġimgħat biex nipprovdu perspettivi ġodda u opportunitajiet differenti ta’ tagħlim.
1–13 ta’ Lulju | Tema 1: GAME ON!
15 ta’ Lulju–3 t’Awwissu | Tema 2: FOODIE SCIENCE
5–24 t’Awwissu | Tema 3: IL-ĠIMGĦA TAL-FESTA
26 t’Awwissu–14 ta’ Settembru | Tema 4: IT’S ONLY NATURAL
16–28 ta’ Settembru | Tema 5: MISSION: SPACE!
Xow tax-xjenza interattiv | 6+ snin
Idħol fid-dinja tax-xjenza u l-isport permezz ta’ danix-xow dinamiku li jesplora x’jagħti l-enerġija lill-atleti u kif ix-xjenza ttejjeb il-prestazzjoni tagħhom. Skopri kif il-ġisem jikkonverti l-ikel f’enerġija, u kif tipi ta’ sports differenti jeħtieġu tipi differenti ta’ ‘fjuwil’. Dan ix-xow jinvestiga wkoll kif l-apparat adattat jgħin lill-atleti jiksbu riżultati aħjar.
Xow tax-xjenza interattiv | 3–6 snin
Trid tivvjaġġa fid-dinja tal-iskoperta u tesplora superpowers differenti? Għinna nidentifikaw forom b’saħħithom, naraw affarijiet ’il bogħod jew żgħar ħafna, u nitgħallmu kif xi annimali jkunu kważi inviżibbli. Dan ix-xow tax-xjenza huwa mfassal biex jintroduċi kunċetti tax-xjenza lit-tfal permezz ta’ dimostrazzjonijiet li jgħaġġbuk.
Workshop prattiku | 7+ snin
Il-Formula 1 mhijiex biss dwar il-veloċità – hija wirja ta’ xjenza avvanzata u disinn sikur. F’dan il-workshop, it-tfal jibnu karozzi bil-K’nex biex jipproteġu bajda friska f’simulazzjoni ta’ inċident, u jiskopru kif il-moviment u l-enerġija jistgħu jintużaw biex jinħolqu disinji aktar sikuri.
Workshop prattiku | 3–6 snin Skopri kif jaħdem ġismek f’dan il-workshop interattiv! Nitgħallmu dwar is-sistemi interni u esterni tal-ġisem, il-funzjonijiet tal-organi, u kif nieħdu ħsieb saħħitna b’mod pjaċevoli u edukattiv.
15 ta’ Lulju–3 t’Awwissu | Tema 2: FOODIE SCIENCE
Body Wonders
Xow tax-xjenza interattiv | 6+ snin
Trid issir taf kif jaħdmu l-organi vitali f’ġisimna? Waqt dan ix-xow tax-xjenza, se niskopru x’tip ta’ ikel għandna nieklu u permezz ta’ dimostrazzjonijiet varji nifhmu aħjar is-sistema diġestiva tagħna u għaliex nitfewqu u ngħaddu l-gass.
Climate Conundrum
Workshop prattiku | 7+ snin
Skopri kif it-tibdil fil-klima jaffettwa dak li nieklu u nixorbu. Se nħarsu lejn l-istorja tat-tibdil fil-klima, kif dan qed jaffettwa l-produzzjoni tal-ikel u d-disponibbiltà tal-ilma, kif ukoll x’nistgħu nagħmlu għal futur aktar sostenibbli.
Little Sprouts
Workshop prattiku | 3–6 snin
Qatt ħsibt kif żerriegħa ssir pjanta? Jew għaliex caterpillars jagħmlu l-fosdqa? [GG1] Din is-sessjoni ta’ storytelling se tgħin lit-tfal jiskopru kif jikbru l-pjanti u x’jeħtieġu biex jiffjorixxu.
Touchy Feely
Workshop prattiku | 2–4 snin (offrut biss is-Sibt u l-Ħadd)
Skopri dinja sensorja permezz ta’ logħob b’għaġina ratba u frott sufi f’Touchy Feely – 30 minuta ta’ avventura sensorjali għal tfal żgħar u l-kustodji tagħhom. Se nesploraw materjali, temperaturi u logħob bl-ilma u mingħajr – filwaqt li għat-taparsi nagħmlu torta tal-frott ! Logħob ġentili li jsaħħaħ il-ħiliet motorji.
[GG1]Sentenza li bilfors se tkun naqra antipatka minħabba l-kelmiet ‘caterpillar’ u ‘cocoon’. Kif qiegħda bħalissa ddarrsek, jiġifieri trid tinbidel żgur.
Jew għaliex ix-xagħat jagħmel il-fosdqa?
Jew għaliex il-caterpillar jagħmel il-cocoon?