Inizjattiva għall-Addozzjoni ta’ Familji Ukreni

Il‑Kenup Foundation (www.kenup.eu), l‑EDU (http://medical.edu.mt) u l‑Kunsill Malti għax‑Xjenza u t‑Teknoloġija (mcst.gov.mt) organizzaw konferenza stampa nhar l‑14 ta’ April 2022, biex jingħata aġġornament dwar l‑inizjattiva tal‑‘Addozzjoni tal‑Familji Ukreni’. L‑uffiċini li jinsabu l‑Kalkara u li jospitaw il‑ħaddiema tal‑Kenup u l‑EDU, ġew trasformati f’residenza għal għaxar familji Ukreni li ħarbu minn pajjiżhom li huwa mġarraf bil‑gwerra. L‑impjegati ġew mitluba li jaħdmu mid‑dar u flok l‑iskraviniji u s‑siġġijiet tagħhom tpoġġew sodod, gwardarobbi u affraijiet oħra ta’ bżonn biex tiġi kkreata ‘dar ’il bogħod mid‑dar’ għal dawn il‑familji. Il‑familji se jitħallew joqogħdu sakemm ikun hemm bżonn u mhux se jħallsu għall‑akkomodazzjoni u għas‑servizzi li qed jiġu provduti, inkluż ikliet regolari mill‑EsploraCafé. Il‑familji ġew Malta mill‑Ajruport ta’ Warsaw permezz ta’ titjiriet b’xejn. It‑titjiriet ġew organizzati permezz tas‑sapport tal‑Kaptan Charles Pace u impjegati oħra ta’ Transport Malta. Il‑familji ġew milqugħa l‑ajruport u ttieħdu f’akkomodazzjoni li ġiet provduta minn DB group, fejn qagħdu kwarantina.

L‑uffiċini ġew konvertiti fi kmamar tas‑sodda u living areas bl‑għajnuna tal‑impjegati tal‑MCST u voluntiera oħra. Is‑sodod ġew provduti mingħajr ħlas minn Futura Woodworks, is‑saqqijiet minn Vassallo Group, l‑għamara tal‑kmamar tas‑sodda minn Construct Furniture, l‑appliances minn ‘James Caterers’ u ‘Ventura’, il‑kmarar tal‑banju minn Keramit u l‑finishes minn Xuereb Installations. Il‑voluntiera tas‑Soċjetà Mużikali S.Gużepp Ħamrun sponsorjaw il‑biċċa l‑kbira tax‑xogħlijiet l‑oħra meħtieġa biex jinbiddlu f’uffiċini. Dr Stephen Spiteri, it‑tabib u Membru Parlamentari lokali, qed jipprovdi servizzi mediċi lill‑familji. Il-klinika ‘Smile Centre’ f’Ħaż‑Żebbuġ ħa tkun qed tipprovdi servizz ta’ trattament tas-snien fejn meħtieġ mingħajr ħlas.

De La Salle College qed jipprovdu faċilitajiet tal‑isport lill‑famiji. ‘Blue Door English’ u ‘IDEA Academy’ se jkunu qed jipprovdu servizzi edukattivi. Sponsors oħra jinkludu l‑Mizzi Organisation, Paramount, il‑Komunità Indjana f’Malta, Tiptoes, FTIAS, Noir et Blanc u Mahoney’s Hair Salons, Qualia Malta, Protrade u Mġarr Primary School. Bosta individwi oħra provdew il‑provvisti l‑oħra kollha meħtieġa waqt kampanja ta’ donazzjonijiet organizzata matul il‑ġimgħat li għaddew.

Fl‑intervent qasir li għamel waqt il‑konferenza stampa, iċ‑Chairman Eżekuttiv tal‑MCST u Direttur tal‑Kenup Jeffrey Pullicino Orlando qal “Huwa verament ta’ kuraġġ li nara li l‑mistednin Ukreni tagħna jinsabu kuntenti ssetiljati fid‑dar tagħhom f’Malta. M’hemmx kliem biex niddeskrivi l‑apprezzament tiegħi għall‑għajnuna kollha li rċevejna għal din l‑inizzjattiva, speċjalment għall‑merħba sabiħa li ngħataw dawn il‑familji mit‑team tiegħi fil‑Kunsill Malti għax‑Xjenza u t‑Teknoloġija.” Min‑naħa tiegħu iċ‑Chairman Eżekuttiv tal‑Kenup Holm Keller qal “Nixtieq nirringrazzja li dawk kollha li għenuna nipprovdu kenn sigur lil dawn il‑familji. Nixtieq nirringrazzja lil EDU għas‑support tagħhom, kif ukoll lil Ko‑Direttur Jeffrey Pullicino Orlando li kien strumentali fit‑twaqqif tar‑residenza u li provda l‑ikel lill‑familji.” Iċ‑Chief Operating Officer ta’ EDU, Alexandra Cosma qalet “Aħna f’EDU, istituzzjoni medika Maltija ta’ edukazzjoni ogħla, nirrikonoxxu li l‑missjoni tagħna biex nipprovdu edukazzjoni medika ta’ kwalità għolja trid tmur lil hinn mix‑xogħol tas‑soltu biex ngħinu lil dawk milquta minn din il‑gwerra. Ilna nistinkaw mill‑bidu nett sabiex nipprovdu appoġġ sinifikanti lill‑poplu tal‑Ukrajna. Grati ħafna lejn it‑team tagħna talli kkontribwixxew kemm flimkien kif ukoll bħala individwi billi kienu voluntiera fil‑fruntieri tal‑Ukrajna biex jipprovdu kura ta’ emergenza u trasport, billi ospitaw lir‑refuġjati Ukreni, u talli offrew korsijiet tal‑integrazzjoni tal‑lingwa.

Wara l‑konferenza stampa tħejjiet ikla fejn impjegati tal‑MCST, il‑Kenup u l‑EDU kellhom l‑opportunità li jiltaqgħu mal‑familji Ukreni b’mod informali.

dscf5728reduced dscf1647-reduced

Avvenimenti

UoM Electric Car Launch

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more