Ġisimna huwa magna ħajja li jopera binhar u billejl mingħajr waqfien. Minn Lulju sa Novembru, Esplora se jiffoka fuq it-tema ta’ Insiru Nafu Ġisimna, fejn l-attivitajiet kollha se jkunu relatati mas-saħħa fiżika u mentali tagħna. L-għan ta’ dawn l-attivitajiet hu biex nifhmu aħjar l-affarijiet affaxxinanti li kapaċi jagħmel ġisimna.
Hawnhekk għandkom lista kompluta tal-attivitajiet fl-Esplora għal dawn it-tliet xhur:
Xows tax-Xjenza
Superhero Science: Ingħaqad magħna fuq vjaġġ ta’ skopertà fejn fih titgħallem aktar dwar superpotenzi differenti. Għinna nidentifikaw forom b’saħħithom, nagħtu ħarsa lejn oġġetti li jinsabu ’l bogħod ħafna jew inkella li huma veru żgħar. Skopru kif ċertu annimali jafu jkunu inviżibbli u ppruvaw ukoll ċaqalqu oġġetti b’moħħkom. Dan l-ispettaklu tax-xjenza huwa divertenti ħafna u juża kunċetti xjentifiċi biex jaffaxxina lill-udjenza żgħar tagħna.
Ideali għal Etajiet: bejn 3 – 6 snin
Body Wonders: Ingħaqad magħna għal dan l-ispettaklu tax-xjenza biex tesplora ġisimna u l-organi essenzjali tiegħu. Permezz ta’ serje ta’ dimostrazzjonijiet, skopri kif l-ikel jiġi pproċessat permezz tas-sistema diġestiva tagħna, liema għajn hija aktar dominanti u għaliex ġisimna jipproduċi l-gass!
Ideali għal Etajiet: 7+
Our Body Under Siege: Ġisimna huwa kontinwament taħt assedju. Il-ġilda, ix-xagħar, iċ-ċelluli l-bojod jinsabu l-ħin kollu fi gwerra kostanti mal-mikrobi, kemm jekk huma viruses, fungi jew batterji. X’mekkaniżmu ta’ difiża juża l-ġisem biex jipproteġina mill-patoġeni? U x’nistgħu nagħmlu biex ngħinuh?
Ideali għal Etajiet: 9+
Għall-iskeda tal-ġimgħa, ġentilment aċċessaw: http://esplora.org.mt/week-schedule/
Ninkoraġġukom ukoll sabiex tiċċekkjaw l-Ħinijiet tal-Ftuħ tagħna https://esplora.org.mt/opening-hours/ qabel ma żżuruna.