Kalendarju tal-Avvent tax-Xjenza tal-Milied 2020

L-eċitament li tiskopri oġġett ġdid kuljum jaffaxxina lil kulħadd, speċjalment lit-tfal. Minħabba f’din ir-raġuni, il-Kalendarji tal-Avvent saru popolari ħafna! Jekk din is-sena qed tfittex kalendarju oriġinali li permezz tiegħu tkun tista’ tgħaddi ftit aktar ħin mat-tfal, mela l-Kalendarju Xjentifiku tal-Avvent tal-Esplora huwa ideali għalik. Dan il-kalendarju se tkunu tistgħu tniżżluh minn fuq il-sit tagħna b’xejn. Għodd il-ġranet sal-Milied magħna permezz ta’ diversi attivitajiet fantastiċi li jagħtu lok biex kemm tfal, kif ukoll adulti, jużaw l-immaġinazzjoni tagħhom.

Niżżel il-Kalendarju Xjentifiku tal-Avvent minn hawnhekk:

Kalendarju Xjentifiku tal-Avvent 2020

Mill-1 ta’ Diċembru, żur din il-paġna kuljum ħalli tiċċekja u tkun tista’ tniżżel l-attività li jmiss.

Ħu r-ritratti tal-kreazzjonijiet tiegħek u żommhom sal-aħħar għax fil-25 ta’ Diċembru għandna rigal speċjali!

Esplora, Aħseb u Immaġina dan il-Milied u fl-istess waqt gawdi 25 ġurnata ta’ attivitajiet xjentifiċi.

banner-advent-calendar

Avvenimenti

KurżitàJiem  

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more