Karta Festa 2026 f’Esplora!

It-3 edizzjoni ta’ Karnival ta’ Kreattività Ħolqien artistiku u STEAM

Dan l-istaġun tal-Karnival, iċ-Ċentru Interattiv Esplora qed jistieden lill-familji jesperjenzaw Karta Festa – ċelebrazzjoni vibranti ispirata mill-ispirtu tal-Karnival Malti, fejn it-tradizzjoni, il-kreattività u l-iSTEAM jingħaqdu flimkien.

Imsejsa fuq il-prattiċi antiki tal-Karnival bħall-artiġjanat, il-ħolqien tal-kostumi u l-invenzjoni kreattiva, Karta Festa tittrasforma materjali ta’ kuljum f’ħolqien immaġinattiv permezz ta’ attivitajiet prattiċi u esperjenzi interattivi.

Mill-konstuzzjoni u t-tiswija, għall-esperimentazzjoni u d-disinn, il-viżitaturi huma mħeġġa jesploraw kif il-kreattività u x-xjenza dejjem kienu fil-qalba tal-Karnival.

B’enfasi qawwija fuq is-sostenibbiltà, il-konservazzjoni u l-użu responsabbli tar-riżorsi, Karta Festa torbot il-wirt kulturali mal-isfidi kontemporanji. Permezz ta’ workshops, shows xjentifiċi u attivitajiet għall-familja, L-Esplora jinbidel fi spazju fuq ġewwa mimli ħajja fejn il-kurżità tiffjorixxi u t-tagħlim isir b’mod divertenti.

Dati: 14–17 ta’ Frar

Prezzijiet tal-Biljetti

• Adult: €15
• Tfal (3 sa 15-il sena): €13
• Trabi (0 sa 2 snin): B’xejn
• Studenti: €13
• Konċessjonijiet: €10
• Sħubija Individwali (tfal u/jew adulti): B’xejn
• Sħubija ta’ Grupp (sa erbat- itfal u/jew adulti): B’xejn
• Educators’ Card (sa massimu ta’ 4 persuni inkluż l-edukatur bil-memebrsija): B’xejn

Programm tal-Attivitajiet

Show tax-Xjenza:
Qatra Qatra (Għall-etajiet kollha)
Segwi l-vjaġġ ta’ qatra ilma waħda mis-sħab sal-vit u lura f’dan is-show tax-xjenza bl-involviment tal-pubbliku. Skopri ċ-ċiklu tal-ilma u tgħallem kif ix-xjenza għenet lill-komunitajiet Maltin jiġbru, jaħżnu u jipproteġu din ir-riżorsa prezzjuża.

Workshops

DIY Paper Making (6+)
Ibdel biċċiet ta’ karta f’xi ħaġa speċjali! Il-parteċipanti jerġgħu jirriċiklaw karta użata biex joħolqu folji ġodda magħmulin bl-idejn, filwaqt li jitgħallmu dwar ix-xjenza tal-materjali, il-kreattività u s-sostenibbiltà;

Sew It Yourself! (7+)
Idħol fid-dinja tal-mudelli tal-ħjata, it-tessuti u d-disinn. Bl-għajnuna tal-gwidi tal- Esplora, il-parteċipanti jitgħallmu tekniki bażiċi tal-ħjata u fl-istess ħin jiskopru fatti interessanti dwar l-ilbies u l-impatt ambjentali tiegħu;

Festa fir-Renju tar-Ramel (3–6 snin)
Workshop ibbażat fuq ir-rakkont fejn il-parteċipanti żgħar jgħinu liċ-ċittadini tar-Renju tar-Ramel jippreparaw għal ċelebrazzjoni tal-Karnival, filwaqt li jitgħallmu dwar il-konservazzjoni tal-baħar u jaħdmu f’tim.

Sensory Play

Sensory Play Space (0–3 snin)
Karnivall żgħir ikkulurit iddisinjat għall-iżgħar viżitaturi tal- Esplora. Permezz ta’ materjali rotob, ħsejjes u materjali oħra, it-tfal jistgħu jesploraw, jagħfsu u jiskopru f’ambjent sigur u stimulanti.

Avvenimenti

Karta Festa 2026 f’Esplora!

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more