Kif tista’ tagħmel kejl għax-xita

Fl-istaġun il-ġdid ta’ Ġina u l-Esploraturi, Des huwa Esploratur ġdid li se jkun qed jgħinkom tesploraw ix-xjenza, it-temp u kull ħaġa li tagħmel din id-dinja tagħna fenomenali! Fit-tielet Episodju Des se jkun qed joħloq strument biex ikejjel ix-xita. Iċċekkjaw l-istruzzjonijiet ta’ hawn isfel u ppruvaw għamluha anke intom id-dar!

 

X’għandek bżonn

 

Superviżjoni ta’ Adult hija meħtieġa għal din l-attività

Metodu

1         Neħħi t-tikketti kollha minn mal-flixkun tal-ilma. Uża mqass u aqta’ l-parti ta’ fuq tal-flixkun. Warrab għal aktar tard. Jekk il-flixkun ma jkunx dritt elimina l-parti d-dejqa u żomm biss il-parti ta’ isfel u ta’ fuq.

Waħħal ir-riga man-naħa t’isfel tal-flixkun billi tuża t-tape jew gloj. Waħħalha ftit ċentimetri ’l fuq mill-qiegħ tal-flixkun.

3          Poġġi l-ġebel fil-flixkun biex iservi ta’ piż ħalli ma jaqax.

4          Imla l-flixkun bl-ilma sakemm tasal san-numru 0 tar-riga. Jekk trid tista’ żżid ftit food colouring mal-ilma ħalli tara l-livell tal-ilma fejn ikun wasal.

5          Poġġi l-parti ta’ fuq tal-flixkun rasu ’l isfel fil-parti tal-qiegħ tal-flixkun. Dan se jservi ta’ lembut u fih jilqa’ x-xita. Tinsiex tneħħi l-għatu 😉.

6          Poġġi l-flixkun xi mkien barra u stenna l-ġurnata li tibda nieżla x-xita. Permezz tiegħu tkun tista’ tiċċekkja kemm tkun niżlet xita.

Għal aktar informazzjoni dwar Ġina u l-Esploraturi aqra hawnhekk

 

Klikkja hawn hekk trid tniżżel verżjoni PDF bl-istruzzjonijiet għal din l-attivita

 

04-website-750x5004

Avvenimenti

Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more