Kolazzjon ma’ Santa

Żgur li ma jkunx Milied mingħajr Santa Klaws! Fortunatement Santa flimkien mas-Sinjura Klaws u l-elfi tagħhom se jkunu qed jivvjaġġaw lejn l-Esplora biex jiltaqgħu mal-Esploraturi ż-Żgħar li se jipparteċipaw waqt l-avveniment meraviljuż tagħna – Kolazzjon ma’ Santa.

Ingħaqad magħna nhar is-17 ta’ Diċembru bejn id-9 ta’ filgħodu u nofsinhar għal dan l-avveniment divertenti. It-tfal se jkollhom l-opportunità li jaraw ix-xow popolari tax-xjenza Beautiful Bubbles u jaraw ukoll b’mod esklussiv, il-film tal-EsploraPlanetarium il-ġdid li jismu Dinosaurs: A Story of Survival, li se jitnieda waqt dan l-avveniment.

Barra minn hekk, waqt Breakfast with Santa, it-tfal se jingħataw kolazzjon delizzjuż li jinkludi għażla ta’ ikel bħal breakfast bites, sandwiches, pancakes u affarijiet oħra. Il-ġenituri/kustodji se jingħataw ukoll għażla ta’ ikel tal-kolazzjoni. Il-lista tal-kolazzjon tinsab  isfel. Fi tmiem l-avveniment, it-tfal se jingħataw rigal mingħand Santa Klaws u jkollhom l-opportunità li jieħdu ritratt. Dan l-avveniment huwa ideal għal tfal bejn il-5 u l-10 snin.

Il-kolazzjon li se jiġi servut huwa:

 

Il-Kolazzjon tat-tfal:

Il-kolazzjon tal-ġenitur/kustodju:

Biljetti

Adulti: €20.50 (jinkludu entratura fl-Esplora, Film fl-EsploraPlanetarium, ritratt, kolazzjon u xow tax-xjenza).

Tfal (bejn il-5 u l-10 snin): €29.50 (jinkludu entratura fl-Esplora, Film fl-EsploraPlanetarium, ritratt, kolazzjon, rigal u xow tax-xjenza).

Termini u Kundizzjonijiet:

Biljetti/vouchers/offerti oħra kumplimentari ma jistgħux jiġu mifdija matul dan l-avveniment.

Avvenimenti

KurżitàJiem  

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more