Għall-Edukaturi tal-Kindergarten u tal-Iskola Primarja (Snin 1-4)
Wara r-rispons pożittiv li kellna minn edizzjonijiet passati, Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza ra l-ħtieġa li għal darb’oħra jorganizza l-kors STEM through Storytelling għall-edukaturi. L-għan ta’ dan il-kors huwa li jgħin lill-edukaturi jiskopru kif jistgħu jagħmlu użu minn stejjer biex iqanqlu l-interess tat-tfal dwar is-suġġetti STEM. Waqt dan il-kors ta’ jumejn, l-edukaturi se jżidu mal-ħiliet tagħhom, ikollhom riżorsi ġodda u se jkunu mħeġġa jidħlu f’diskussjoni informali filwaqt li jaqsmu l-esperjenzi personali tagħhom fit-tagħlim tas-suġġetti STEM mill-istejjer.
Dan il-kors qasir se jittella’ l-Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza fil-Kalkara nhar is-6 u s-7 ta’ Settembru 2022 mid-9:00 am sat-3:00 pm.
Ninkoraġġixxu lil min hu interessat jipparteċipa biex jagħmel dan sa mhux aktar tard mil-Ġimgħa, 26 ta’ Awwissu 2022. Il-Bookings iridu jsiru permess ta’ din il-formola: https://docs.google.com/forms/d/e/1FAIpQLSfadkyCDe0U96R9OwmwSDpcnEyYywPEoymFilweLuor8TKsEQ/viewform Fil-formola se tkunu tistgħu ssibu aktar informazzjoni dwar il-programm tal-kors.
Dan il-kors ġie huwa ko-finanzjat mill-Kunsill Malti għall-Arti. Mal-booking se tintalab miżata ta’ 10 ewro li tkopri ikla ta’ nofsinhar, brejk għall-kafe u l-materjali pprovduti.
Għal aktar informazzjoni, ikkuntatjawna fuq stemengagement.esplora@esplora.org.mt
Nistennew bil-ħerqa li nilqgħukom l-Esplora!