Mis-26 ta’ Jannar sal-1 ta’ Frar 2026, Esplora se jinbidel f’KurżitàJiem, fejn il-kurżità tiegħek tieħu ċ-ċentru tal-attenzjoni u d-dinja ta’ STEAM tieħu l-ħajja!
Din is-sena, qed innaqqsu d-distakk bejn it-tagħlim fil-klassi u l-karrieri tal-futur. Ingħaqad magħna biex tiltaqa’ ma’ firxa wiesgħa ta’ riċerkaturi u professjonisti lesti jaqsmu l-passjoni tagħhom, billi jgħaqqdu l-esperjenza tagħhom fid-dinja reali mal-kurżità xjentifika biex joħolqu dinja affaxxinanti ta’ skoperta. Minn stands interattivi tar-riċerkaturi sa esperimenti prattiċi, KurżitàJiem se jdawwar il-mistoqsijiet tiegħek fil-pedamenti ta’ karriera futura.
Imfassla biex tispira lil viżitaturi ta’ kull età – minn studenti li qed jagħżlu s-suġġetti tagħhom sa familji kurjużi – din l-esperjenza unika tistieden lil kulħadd jesplora toroq mhux tas-soltu, jinteraġixxi ma’ aktar minn 200 esebit, u jiċċelebra l-għaġeb tax-xjenza fiċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza tagħna permezz tal-maġija ta’ STEAM.
Punti Ewlenin tal-Avveniment:
• Iltaqa’ mal-Professjonisti – Tkellem direttament ma’ xjenzati u riċerkaturi dwar il-karrieri tipiċi (u mhux tas-soltu!) tagħhom;
• Skoperta Prattika – Ħu sehem f’esperimenti interessanti mmexxija minn professjonisti tal-industrija;
• Esperjenza tal-Planetarium – Idħol f’dinja ta’ films affaxxinanti li jesploraw il-misteri tal-univers;
• Divertiment Interattiv – Skopri aktar minn 200 esebit xjentifiku madwar iċ-ċentru.
Żurna:
• Dati – 26 ta’ Jannar–1 ta’ Frar 2026;
• Gruppi ta’ Skejjel – Studenti mis-Sena 4 sas-Sena 8 mistiedna jżuru matul il-ġimgħa;
• Pubbliku Ġenerali – Kulħadd huwa mistieden biex jingħaqad magħna fi tmiem il-ġimgħa;
• Prezzijiet – Japplikaw il-prezzijiet standard tal-biljetti.