KurżitàJiem
Il-kurżità għinitna navvanzaw bħala soċjetà u għalhekk ir-riċerka dejjem kellha rwol importanti f’ħajjitna. Sa mill-bidu nett, il-bniedem kien kurjuż, staqsa mistoqsijiet u pprova jiskopri modi ġodda ta’ għixien.
KurżitàJiem hija ġimgħa speċjali fl-Esplora hekk kif permezz tagħha niċċelebraw ir-riċerka u r-riċerkaturi lokali. Il-viżitaturi se jkunu jistgħu jiltaqgħu ma’ diversi riċerkaturi, NGOs u istituzzjonijiet akkademiċi li jaħdmu f’oqsma differenti tax-xjenza u jesploraw kif ix-xjenza tista’ tgħinna ntejbu l-ħajja tagħna ta’ kuljum filwaqt li jipparteċipaw f’diversi attivitajiet hands-on.
Matul din il-ġimgħa kulħadd se jkollu l-opportunità li jiskopri proġetti differenti u jinteraġixxi ma’ professjonisti biex jitgħallmu aktar dwar kif ir-riċerka tgħinna nifhmu aħjar l-importanza tas-suġġetti STEM (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija, Matematika) u kif dawn jiġu applikati f’diversi karrieri! It-tfal li jżuru ċ-ċentru tax-xjenza waqt KurżitàJiem se jkollhom l-opportunità li jiltaqgħu ma’ professjonisti f’diversi oqsma STEM li jgħinuhom jitgħallmu aktar dwar karrieri STEM u jħeġġuhom ukoll jistaqsu u jesploraw id-dinja ta’ madwarhom.
KurżitàJiem se jittella’ fl-Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza bejn it-Tlieta 19 t’April u l-Ħadd 24 t’Aprill 2022. Matul dawn il-jiem, iċ-ċentru tax-xjenza se jkun miftuħ mill-10 ta’ filgħodu sas-6 ta’ waranofsinhar, apparti l-Ħadd 24 ta’ April meta se jkun miftuħ fid-9 ta’ filgħodu għas-Sensory Friendly Hours.
Dawn huma ir-riċerkaturi li se jkunu preżenti waqt dawn il-ġranet:
Tlieta 19 ta’ April
- Quantumalta (UM)
- Biomedical Cybernetics (UM)
- Institute for Engineering and Transport, Eletrical & Electronics (MCAST)
- SPIDEM, Institute for Applied Sciences (MCAST)
- SharkLab Malta
- Ambjent Malta
- ERA
- Heritage Malta Digitisation Unit
- FENEK – Wild Rabbit Research
- Pathology Department Cardiac research (Mater Dei)
Erbgħa 20 ta’ April
- SharkLab Malta
- Seismic monitoring & Research Group (UM)
- Ambjent Malta
- FENEK – Wild Rabbit Research
- Institute for Engineering and Transport, Eletrical & Electronics (MCAST)
- SPIDEM, Institute for Applied Sciences (MCAST)
- PIXAM Ltd
- ERA
- Pathology Department Cancer cell research (Mater Dei)
- Heritage Malta Digitisation Unit
Ħamis 21 ta’ April
- SharkLab Malta
- Seismic monitoring & Research Group (UM)
- BirdLife malta
- Ambjent Malta
- ERA
- Pathology Department Vaccines research (Mater Dei)
- Institute for Engineering and Transport, Eletrical & Electronics (MCAST)
- Heritage Malta Digitisation Unit
Ġimgħa 22 ta’ April
- SharkLab Malta
- Seismic monitoring & Research Group (UM)
- Ambjent Malta
- ERA
- Astronomical Society of Malta & Institute for Space Science and Atronomy
- Institute for Engineering and Transport, Eletrical & Electronics (MCAST)
- Pathology Department Cardiac research (Mater Dei)
Sibt 23 ta’ April
- Quantumalta (UM)
- SharkLab Malta
- Seismic monitoring & Research Group (UM)
- Ambjent Malta
- Re-Life: Reusable Energy
- SaliEngi
- FENEK – Wild Rabbit Research
- Flight Over Fields
- ERA
- Astronomical Society of Malta & Institute for Space Science and Atronomy
- Institute for Engineering and Transport, Eletrical & Electronics (MCAST)
- Pathology Department Cardiac research (Mater Dei)
- Pathology Department Vaccine research (Mater Dei)
- Pathology Department Platelet research (Mater Dei)
Ħadd 24 ta’ April
- SharkLab Malta
- Ambjent Malta
- FAST Project – Institute for Earth Sciences (UM)
- PIXAM Ltd
- ERA
- Pathology Department Vaccine research (Mater Dei)
- Pathology Department Cancer cell research (Mater Dei)
- Astronomical Society of Malta & Institute for Space Science and Atronomy
- Institute for Engineering and Transport, Eletrical & Electronics (MCAST)
Jekk tixtieq tixtri l-biljett tiegħek online tista’ tagħmel dan mill-buttuna ta’ hawn taħt jew inkella tista’ tixtri l-biljetti mal-bieb qabel iż-żjara tiegħek. Inħeġġuk tiċċekkja l-Iskeda tal-Ġimgħa qabel iż-żjara minn hawn
Viżitaturi, Edukaturi u LSEs li, waqt KurżitàJiem jixtiequ jagħmlu użu minn biljetti complimentary, vouchers jew offerti bi skonti jistgħu:
- Iżuru Esplora biex jibbukkjaw id-dħul tagħhom kif ukoll jagħżlu workshop jew xow tax-xjenza li jippreferu huma, minn qabel;
- Jagħmlu użu mill-vouchers u offerti fil-ġurnata taż-żjara tagħhom iżda d-dħul se jkun a bażi ta’ min jibbukkja l-ewwel, jidħol l-ewwel, u jiddependi fuq l-ammont li jistgħu jidħlu nies kull ġurnata.
Biljetti complimentary, vouchers u offerti ta’ skonti ma jistgħux jintużaw waqt l-online booking.