L-aħħar episodju – Sadid/Indikatur magħmul mill-Kaboċċa Ħamra

Sadid

X’għandek bżonn:

 

Ejja nesperimentaw flimkien:

  1. Immarka l-4 tazzi b’marker permanenti bil-kliem ARJA, ŻEJT, ILMA TAL-VIT u ILMA BIL-MELĦ rispettivament.
  2. Uża biċċa sandpaper biex tnaddaf l-imsiemer sakemm il-wiċċ jidher ileqq.
  3. Żid musmar ma’ kull kontenitur skont l-istruzzjonijiet ta’ hawn taħt:
  4. Fit-tazza mmarkata ARJA, iżżid xejn għajr il-musmar.
  5. It-tazza li hi mmarkata ŻEJT; agħtti nofs il-musmar biż-żejt.
  6. It-tazza mmarkata ILMA TAL-VIT; għatti nofs il-musmar bl-ilma tal-vit.
  7. It-tazza mmarkata ILMA BIL-MELĦ; agħtti nofs il-musmar bl-ilma bil-melħ u żid kuċċarina melħ. Ħawwad sew sakemm il-melħ jinħall
  8. Prova aqta: Liema msiemer se jifformaw is-sadid? Liema msiemer se jissaddu l-iktar malajr? Għaliex?
  9. Ħallihom ġewwa kexxun jew fuq xi skrivanija għal ftit ġimgħat.
  10. Wara ġimagħtejn, uża pinzetta sabiex tneħħi l-imsiemer minn ġewwa t-tazzi. Osserva l-ammont ta’ sadid li ġie pproduċut fuq kull musmar u ikteb x’sibt.

 

Erġa’ pprova l-esperiment b’metalli differenti li tista’ ssib fid-dar tiegħek, bħall-paper clips u muniti

nails-for-rusting-ep-16-website

 

Indikatur magħmul mill-Kaboċċa Ħamra

X’għandek bżonn:

 

Superviżjoni minn adult hija rakkommandata speċjalment meta tferra l-ilma sħun u tuża s-sikkina.

Ejja nesperimentaw flimkien:

  1. Ferra ftit ilma ġol-kitla u ixgħelha sakemm l-ilma jibda jagħli.
  2. Aqta’ l-weraq tal-kaboċċa f’biċċiet żgħar bis-sikkina. Dan għamlu billi titlob ll-għajnuna ta’ adult (Iktar ma l-biċċiet ikunu żgħar, iktar aħjar!).
  3. Itfa’ l-biċċiet tal-kaboċċa fit-tazza / fl-iskutella u ferra l-ilma sħun bil-mod fuqhom.
  4. Ħallihom 30-45 minuta sakemm joħroġ il-meraq mill-weraq tal-kaboċċa.
  5. Uża l-għarbiel biex tneħħi l-weraq tal-kaboċċa mill-indikatur tal-Kaboċċa Ħamra.
  6. Uża dan l-Indikatur sabiex tipprova likwidi differenti li ssib fid-dar bħall-ħall, ilma u soda water.

 

Jekk dawn il-likwidi jiġu:

Ħomor/Roża – Huwa Aċidu!

Vjola – Huma Newtrali!

Blu/Aħdar – Huwa Alkalin!

Purple cabbage isolated on white background. Red cabbage slice isolated on white background.

 

Avvenimenti

Santa’s STEAM Factory f’Esplora

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more