L-Esplora tfakkar l-għoxrin sena anniversarju mis-sħubija ta’ Malta fl-UE

Iż-żmien itir! Fil-fatt, fl-1 ta’ Mejju, 2024, se jitfakkar l-għoxrin sena anniversarju minn meta l-gżejjer Maltin issieħbu fl-Unjoni Ewropea. Esplora, iċ-Ċentru Nazzjonali Interattiv tax-Xjenza, intgħażel mill-Ministeru għall-Fondi Ewropej, l-Ugwaljanza, ir-Riformi u d-Djalogu Soċjali bħala wieħed mis-siti prominenti li se jkun qed jipparteċipa fiċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali tal-1 ta’ Mejju.  Biex ifakkar dan il-jum storiku, l-Esplora, se jiftaħ il-bibien għall-viżitaturi tiegħu mingħajr ħlas, biex b’hekk jipprovdi lil kulħadd l-opportunità li jesperjenza l-firxa wiesgħa ta’ attrazzjonijiet li għandu x’joffri dan iċ-Ċentru popolari.

Kull min iżur l-Esplora bejn l-10 ta’ filgħodu u l-5 ta’ wara nofsinhar fl-1 ta’ Mejju 2024 mhux se jintalab ħlas tad-dħul.

Id-dħul fiċ-Ċentru tax-Xjenza se jinkludi:

Il-viżitaturi taċ-ċentru se jkollhom l-opportunità li jesploraw, jaħsbu, jimmaġinaw, jiskopru u jifhmu aktar kunċetti xjentifiċi permezz ta’ esperjenzi u esebiti interattivi relatati ma’ fenomeni tax-xjenza. Għalhekk il-viżitaturi ta’ kull età huma mistiedna jimbarkaw fuq dan il-vjaġġ interattiv u eċċitanti fejn se tissaħħru bil-kożmoloġija, tosservaw kif jaħdem il-ġisem tal-bniedem u kif iġib ruħu l-mewġ, waqt li tiskopru r-rilevanza tax-xjenza fil-ħajja tagħkom ta’ kuljum. Mingħajr ebda  dubju, waħda mill-iprem attrazzjonijiet li għandu x’joffri pajjiżna, l-Esplora żgur li se jipprovdi ambjent interessanti bl-għan ewlieni li jqabbadkom kurżità u jinvolvikom f’għadd ta’ attivitajiet interattivi u varjetà ta’ wirjiet tax-xjenza divertenti. Iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza li kien parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, fetaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku għall-ewwel darba fit-28 ta’ Ottubru 2016. Minn dakinhar, b’konsistenza, ma waqafx jispira lil kull min żaru, speċjalment tfal u studenti li għad ikunu x-xjenzati, t-teknoloġisti, l-inġiniera u l-matematiċi ta’ għada.

Ingħaqdu magħna fl-Esplora fl-1 ta’ Mejju biex niċċelebraw l-20 Anniversarju mis-sħubija ta’ Malta fl-UE waqt li tesperjenzaw l-fenomeni naturali u fiżiċi li jsawrulna ħajjitna!

Avvenimenti

UoM Electric Car Launch

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more