L-Esplora tiċċelebra l-Għid!

Imbarka fuq vjaġġ xjentifiku din ir-rebbiegħa u asal wasla sa l-Esplora fejn iċ-ċentru intereattiv tax-xjenza ser jittrasforma ruħu biex jilqa l-viżitaturi ta’ kull eta’ sabiex matul il-vakanzi tal-iskola niċċelebraw il-festi tal-Għid flimkien! Ingħaqad magħna għal avveniment uniku li se jkun qed jiffoka fuq attivitajiet li fost l-oħrajn jinvolvu ċ-ċikkulata, il-fjuri, l-fniek u sintendi, l-bajd tal-Għid.

Matul dan l-avveniment, ser ikollok l-opportunità li tipparteċipa f’diversi wirjiet tax-xjenza workshops, u attivitajiet b’tema tal-Għid l-Esplora! Waqt dan il-vjaġġ ta’ esplorazzjoni, qis tiftaħ għajnejk beraħ biex issib il-bajd tal-Għid li se jkun moħbi madwar iċ-Ċentru! Hejji ruħek biex tiġbor il-ħjiel li se jwassal lilek u lill-familja tiegħek viċin il-moħba tal-bajd taċ-ċikkulata. Stenna ftit għax għad fadal! Minbarra li se tkun tista’ żżomm il-bajd kollu taċ-ċikkulata li ssib matul l-eggspedition tiegħek, ser tirċievi premju addizjonali jekk jirnexxilek issib il-bajd kollu!

Dati: 2 ta’ April – 7 ta’ April 2024

Ħin: 10:00am sal-5:00pm

Prezzijiet tal-Avvenimenti:

Trabi (0-2 snin): B’XEJN

Detenturi tal-Karta tad-Diżabilità: €3

Anzjani (60+): €4

Biljetti tat-Tfal (3-15-il sena): €5

Biljett għall-Adulti (16+): €10

Il-prezz tad-dħul jinkludi spettaklu wieħed tax-Xjenza b’xejn jew workshop li se jkun a bażi ta’  first come first served. Għall-attivatijiet addizzjonali, ser japplika suppliment ta’ €2 għal kull persuna. Ser jintwerew varjetà ta’ films fil-planetarium, u l-viżitaturi jistgħu wkoll igawdu mill-esperjenza tal-planetarium għal ħlas supplimentari ta’ €2. Kull attività addizzjonali tista’ tiġi bbukkjata u mħallsa fir-reception tal-Esplora dakinhar li żżuru ċ-Ċentru. Il-biljetti jistgħu jinxtraw mir-reception tal-Esplora fuq bażi first come, first served. Inkella l-biljetti jistgħu ukoll jinxtraw online mis-sit elettroniku https://www.showshappening.com/Esplora-Interactive-Science-Centre/Spring-into-Science–Easter-at-Esplora

Wirjiet tax-Xjenza/Workshops

L-Eggventure (Adattat għal familji bi tfal minn 5 snin ‘il fuq)

Flimkien ikollna ċ-ċans insegwu l-avventuri li se jgħaddu minnhom il-bajd ta’ l-Għid waqt li jkunu qed iduru d-dinja. Mgħammra bl-għarfien xjentifiku dawn m’għandhomx inkwiet li ser jinkissru jew li se jiġrilhom xi ħaga. Se taraw kif dan il-bajd avventuruż juża kunċetti xjentifiċi sabiex jeghleb l-ostakli li jħabbat wiċċu magħhom. Se tkunu tistgħu taraw lil dan il-bajd jimmanuvra il-muntanji u kif jirnexxielhom saħansitra jżommu f’wiċċ l-ilma tal-oċejan. Manuvri li jixhdu x’qawwa għandu l-gharfien tax-xjenza waqt dawn l-avventuri grandjużi!

Wheel of Fortune (Adattat għal familji bi tfal minn 6 snin ‘il fuq)

Il-viżitaturi se jingħataw ir-riedni f’idejhom biex idawwru r-rota tal-fortuna ħalli jagħżlu huma liema esperimenti jixtiequ jaraw. Minn reazzjonijiet splussivi sa ċirkwiti tal-elettriku, kull tidwira tar-rota se tiġġenera meravilja xjentifika mill-preżentaturi bravi tal-Esplora!

Creative Collisions (Adattat għal familji bi tfal minn 7 snin ‘il fuq)

Ittestja kemm int inġinier tajjeb billi tiddisinja u tibni karozza li trid tkun kompluta bil-karatteristiċi kollha tas-sikurezza meħtiega. Meta tlesti, tella bajda nejja miegħek bhala passiġġier, u qis li waqt is-sewqan il-bajda ma tinkisirx. Attent ghax matul il-korsa se tiltaqa ma xi ostakli!

Shapebird (Adattat għal familji bi tfal bejn it-3 u is-6 snin)

Waqt l-avvenimenti imħejjija għal zmien l-Għid, ser ikollkom l-opportunita li ssiru esperti ta’ l-għasafar jew kif inhuma maghrufa bit-terminologija proprja, ornitologisti! Se nkunu qegħdin niffukaw, partikolarment fuq l-għasfur mitiku magħruf bħala ShapeBird, u tkunu tistgħu taraw kif din il-kreatura meraviljuża tbid il-bajd u tibni l-bejta tagħha. Nistednukom biex flimkien maghna, u f’ambjent festiv u familjari tesploraw id-dinja affaxinanti tal-agħsafar.

Ingħaqdu lkoll magħna fiċ-Ċentru tax-Xjenza tal-Esplora, fejn il-kurżita’ għall-għarfien tiltaqa’ max-xjenza u toffri divertiment immirat għall-gosti ta’ kulhadd.  Titlifx dan l-Eggtasticevent speċjali bit-tema tal-Għid.

Avvenimenti

KurżitàJiem  

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more