Lejla ddedikata għall-Edukaturi

Inti edukatur li qed tippjana s-sena skolastika li jmiss? Ingħaqad magħna l-Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza nhar l-20 ta’ Settembru bejn is-6:30 pm u l-10:30 pm. B’hekk tkun tista’ tara kif Esplora tista’ tintuża bħala estensjoni tal-klassi!

 

Matul din is-serata tkun tista’ tinteraġixxi ma’ aktar minn 200 esebit u tiskopri kif tista’ tuża ċ-ċentru tax-xjenza sabiex tqanqal il-kurżità fl-istudenti tiegħek. Fl-istess waqt se nagħtukom ukoll preview esklussiva tal-Programm Edukattiv tal-Esplora għas-sena skolastika 2022/2023 u b’hekk tiskopri kif żjara fl-Esplora tista’ tikkumplimenta l-kurrikulu. Ipparteċipa fl-aktar xows popolari tagħna u għidilna x’taħseb dwar ix-xows, il-workshops, il-memberships u l-activity packs il-ġodda. Iltaqa’ mat-tim tal-Esplora u ddiskuti magħhom dwar xi ideat li jista’ jkollok. Il-feedback tagħkom huwa dejjem apprezzat u għalhekk napprezzaw jekk tgħidilna kif nistgħu intejbu l-programm edukativ u l-esperjenza fl-Esplora. Matul is-serata se jiġu servuti wkoll xi refreshments.

 

Dan l-avveniment huwa b’xejn. Madankollu, l-ispazji huma limitati u għalhekk nixtiequ ninkoraġixxu lil dawk l-edukaturi kollha li huma interessati biex jirreġistraw sa nhar il-Ġimgħa, 2 ta’ Settembru billi jimlew din il-Google Form: https://forms.gle/RWr1ZT9JcksyzKuWA. Ma’ kull edukatur reġistrat se jkun jista’ jidħol adult ieħor. Ftit jiem qabel id-data tal-avveniment, il-persuna responsabbli mill-bookings fl-Esplora se tkun qed tikkuntatja l-parteċipanti reġistrati kollha biex tikkonferma l-booking. Esplora tirriżerva d-dritt li tneħħi l-ismijiet mil-lista tal-prenotazzjoni jekk ma tasalx tweġiba għall-email ta’ konferma.

Nistennew bil-ħerqa biex nilqgħukom ilkoll fl-Esplora! Jekk għandkom xi mistoqsijiet, ikkuntatjawna fuq programmes@esplora.org.mt.

 

educators-night-website-750x500

Avvenimenti

UoM Electric Car Launch

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more