Milied Ġewwa L-Esplora

Skopri l-Maġija tal-Milied fl-Esplora!

Dan il-Milied, l-Esplora ser jittrasforma ruħu fil-fabbrika STEM ta’ Santa Klaus, u se joffri esperjenza tal-Milied indimentikabbli li żżewwaq id-divertiment li jġibu magħhom il-festi mal-meravilja tax-xjenza. Mill-21 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Diċembru, nistednukom taslu wasla sal-Fabbrika STEM ta’ Santa Klaws biex nesploraw b’mod xjentifiku il-maġija tal-Milied permezz ta’ xows interattivi, workshops hands-on, u ħafna attivitajiet varjati oħra madwar iċ-ċentru. Se niskopru kif ix-xjenza għandha rwol ewlieni biex tagħmel dan l-istaġun tal-vaganzi tassew maġiku. Niskopru ix-xejza fil-kċina fi żmien il-Milied u mmiddu jdejna fir-robotika fil-fabbrika ta’ Santa Klaws. Flimkien naraw kif l-innovazzjoni tagħti l-element maġiku lill-Milied! Se tkun it-taħlita perfetta ta’ tagħlim u divertiment festiv għal kull età.

Dan huwa avveniment organizzat esklussivament mill-Esplora, u se joffri esperjenza edukattiva li mhux se ssibha x’imkien ieħor! Titlifx din l-opportunità unika biex toħloq memorji mill-isbaħ mal-għeżiez tiegħek, filwaqt li tiskopri il-lat festiv tas-suġġetti STEM! Dati tal-Avveniment : 21 ta’ Diċembru – 31 ta’ Diċembru (Magħluqin nhar il-25 ta’ Diċembru u fl-1 ta’ Jannar )

Ħinijiet tal-Ftuħ 10:00 AM – 7:00 PM

Prezzijiet tal-Biljetti

Adulti: €12

Tfal: €8

Anzjani: €6

Diżabilità u Carer: Bla ħlas

Il-biljetti jinkludu d-dħul fiċ-Ċentru u għall-attivitajiet

Ikseb il-biljetti tiegħek illum fuq https://www.showshappening.com/esplora-interactive-science-centre/Santas-STEM-Factory biex ma tkunx diżappuntat!

Mall-bieb se jkun hemm numru limitat ta’ biljetti  li se jinbiegħu fuq bażi first come first served.

Attivitajiet Ewlenin tal-Avveniment

Be Our Guest: A Christmas Food Science Show

Eta’: Kull Eta’

Tip: Xow Interattiv

Idħol fl-ispirtu tal-Milied permezz ta’ dan ix-xow li hu kkaratteriżżat mit-togħmiet bnini li nassoċjaw mall-ikliet delizzjużi tal-Milied! Skopri kif ix-xjenza tittrasforma ingredjenti ta’ kuljum fl-ikliet favoriti tiegħek tal-Milied, bis-saħħa tal-esperimenti divertenti li jivvintaw il-koki xjenzati tagħna. Mela, ħu postok mall-mejda tal-ikel u gawdi l-ispettaklu!

Once upon a Christmas

Eta’: 3-6 snin

Tip: Show Interattiv  tax-Xjenza

Waqt dan ix-xow interattiv u uniku tax-xjenza se  ningħaqdu fi vjaġġ ma’ Santa Klaws biex niskopru kif il-familji Maltin u Għawdxin jiċċelebraw il-Milied. Bl-għajnuna ta’ xeni mill-isbaħ li nħolqu apposta mit-tim tal-Esplora, tiżvolġi storja mimlija spirtu tal-Milied, fejn din se tingħata l-ħajja permezz ta’ esperimenti xjentifiċi u interattivi.

AstroMaterials Lab

Eta’ : 7+

Tip: Hands-on Workshop

F’dan il-workshop hands-on, int ser tkun tista’ tanalizza u tittestja materjal differenti  biex tiddetermina liema huwa l-aktar materjal addattat biex tibni Slitta Spazjali għal Santa Klaws biex iwassal ir-rigali fuq l-ISS. Mill-manjetiżmu u l-konduttività għall-insulazzjoni u l-piż, tesplora kif kull fattur jaffettwa il-manuvri tal-islitta spazjali ta’ Santa Klaws.

Sense-ational Christmas

Eta’ : 3-6 Snin

Tip: Hands-on Workshop

F’dan il-workshop dwar is-sensi, l-Esploraturi żgħar tagħna se jkollhom iċ-ċans li jesploraw is-sensi tagħhom hekk kif jipprovaw jaqtgħu x’inhuma l-oġġetti misterjużi. Se jkunu jistgħu jesploraw materjali varji b’tessuti, irwejjaħ u ħsejjes differenti li jqanqlulhom sens ta’ kurżita’ u skoperta permezz tat-tagħlim handson.  

Santa’s Sorting Bots

Eta’ : 7+

Tip: Science on the Spot

Kif inhuma l-ħiliet tiegħek tal-ikkodjar? F’din l-attività ser nesploraw kif il-fabrikka ta’ Santa Klaws tista ssir iktar effiċjenti permezz tar-robotika. Ingħaqad man-nani ħalli tittestja l-ħiliet tiegħek  ħalli nfittxu nissortjaw ir-rigali biex iqassmuhom iktar malajr!

Circuit-Block Tinkering

Eta’ : 7+

Tip: Science on the Spot

Din l-attività b’element ta’ tinkering u hands-on tipprovdi lill-parteċipanti bl-għodda biex jgħaqqdu dwal, switches, buzzers u muturi flimkien biex dawn jifformaw ċirkwiti tad-dawl li jaħdmu bħal dawk li jintużaw fil-festi. Dan il-format huwa mfassal biex irawwem il-ħiliet neċessarji biex naħsbuniktar b’mod kritiku, u kif l-ahjar li nsolvu problemi ġodda. . Mela ingħaqad magħna f’in l-attività biex noħolqu effetti speċjali għall-istorja tal-Milied!

Festive 3D Printing Workshop

Eta’ : 7+

Tip: Science on the Spot

Skopri kif tiddisinja u tħaddem it-3D printers li żidna riċentement ġewwa l-Esplora. F’dan il-workshop se tkun tista’ tfassal id-dekorazzjoni personalizzata tiegħek tal-Milied; Taraha tiġi pprintjata quddiemek u teħodha miegħek id-dar biex iddendilha mass-siġra tal-Milied.

Holiday Towers

Eta’ : Kull Eta’

Tip: Science on the Spot

Kapaċi tpoġġi t-tazzi fuq xulxin biex tibni siġra tal-Milied ? F’din l-attivita’ se nagħmlu xi ħaġa differenti billi nużaw forma 2D u nittrasfformawha  fi 3D f’forma ta’ siġra tal-Milied. Kif nistgħu nittrasformaw triangolu 2D f’siġra 3D?  

Let’s Grow Ġulbiena

Eta’: Kull Eta’

Tip: Science on the Spot

Tgħallem dwar il-proċess bijoloġiku tat-tkabbir ta’ din il-pjanta festiva tant popolari.  Permezz ta’ mikroskopju speċjali nistednuk tosserva kull pass fil-proċess tal-ġerminazzjoni taż-żerriegħa u biex b’mod sostenibbli inti wkoll tħawwel il-pjanta tal-ġulbiena tiegħek stess fl-Esplora. Taf għaliex hija daqshekk bajda?

Geo-Math-Tree

Eta’: 5+

Tip: Science on the Spot

Oħroġ il-kreattività tiegħek f’din l-attività u oħloq forom festivi bl-użu ta’ ġeobords u biċċiet tal-lastiku. Din l-attività hands-on se tinkoraġġixxi l-ħsieb sistematiku, u tgħinek issaħħaħ l-abbiltajiet matematiċi tiegħek—dan kollu waqt li tiddeverti fl-ispirtu festiv!

Roller Coaster Challenge

Eta’: 7+

Tip: Science on the Spot

Iddisinja u ibni roller coaster biex iġġorr ir-rigali lejn il-workshop ta’ Santa Klaws b’mod iktar effettiv! Ittestja l-kreattivita’ tiegħek u ara kemm int kapaċi taħdem f’tim, filwaqt li toħloq roller coaster perfetta biex tħaffef ix-xogħol fil-fabbrika ta’ Santa Klaws.

Wonders of the Night Sky Christmas Edition

Eta’: 5+

Tip: Show Live fil-Planetarium

Imbarka fuq vjaġġ madwar is-Sistema Solari tagħna biex tgħin lil Santa Klaws isib l-oġġetti li tilef fl-Ispazju waqt li kien qed iqassam ir-rigali lill-astronawti fuq l-ISS.  Tista’ tgħin lil Santa Klaws isib lil Rudolf u l-bqija tal-affarijiet mitlufa?

Kitz the Cat’s – SuperMoon Adventure

Eta’ : 5+

Tip: Film tal-Planetarium (ĠDID)

L-istorja teħodna f’dinja fil-futur, fejn l-umanità ma tkunx għadha teżisti. Il-Qtates li jkun irnexxielhom jibqgħu ħajjin fost it-tifrik li jkunu ħallew warajhom l-umani jevolvu fi kreaturi intelliġenti.  It-Tlett iqtates – Kitz, Tutti, u Pepe – jinsabu fuq missjoni biex inaddfu l-ispazju mill-oġġetti mgħormija fl-ispazju. Iżda dawn il-qtates tat-triq huma imprevedibbli u ma jridu xejn biex ma jagħmlux xogħolhom u jtiru lejn il-Qamar!

Fejn ix-Xjenza tal-Milied Tieħu l-Ħajja

Dan huwa aktar minn sempliċement avveniment; din hija ċelebrazzjoni tal-Milied, tal-familja, u tal-maġija tax-xjenza. Kemm jekk qed issegwi xi xow festiv, jekk qed tmidd idejk f’xi workshop hands-on , jew jekk qed tibni xi struttura, ser titlaq mill-Esplora tħossok ispirat u mimli bl-ispirtu tal-Milied b’mod differenti żgur.

L-Esplora, aħna qegħdin hawn biex infakkrukom li anki matul dan l-istaġun ta’ vakanzi, x-xjenza tinsab madwarna. Mela ejja ħa tgawdi l-ferħ u l-atmosfera meraviljuża tal-Milied f’ambjent maġiku u edukattiv.

🎄 Ingħaqad magħna ġewwa l-Esplora f’dan il-Milied—fejn ix-xjenza tiltaqa’ mal-ispirtu maġiku tal-Milied! 🎄

Avvenimenti

Milied Ġewwa L-Esplora

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more