Milied man-Nanniet

Żmien il-Milied huwa perjodu fejn ħafna jingħaqdu mal-familja tagħhom biex jesperjenzaw mumenti ta’ ferħ u għaqda. Mibni fuq dan il-ħsieb, din is-sena l-Esplora se jkun qed jispira lill-familji biex iqattgħu aktar ħin flimkien f’atmosfera tal-Milied permezz tal-promozzjoni Milied man-Nanniet.

Ngħiduha kif inhi, x’hemm isbaħ milli tgħaddi ftit ħin man-neputijiet tiegħek?

Tul din il-promozzjoni, li se ddum għaddejja mill-1 sat-22 ta’ Diċembru 2021, żewġt itfal ta’ etajiet bejn 0 sa 15-il sena se jkunu jistgħu jidħlu l-Esplora b’xejn jekk tippreżenta l-Karta tal-Identità ta’ 60+ jew il-Kartanzjan, fir-reception mad-dħul!

Matul dan iż-żmien, iċ-ċentru se jkun ittrasformat bid-dekorazzjonijiet u l-attivitajiet xjentifiċi se jkollhom it-tema tal-Milied. Dawn li ġejjin huma l-attivitajiet li għandna ppjanati għalikom tul din il-promozzjoni:

Xows tax-Xjenza

Weatherology | Minkejja li l-inqas temperatura rrekordjata f’Malta hija ta’ madwar 1oC, xorta għandna tendenza li nassoċjaw żmien il-Milied mal-borra u temp kiesaħ ħafna, hekk kif narawh fil-films f’dawn il-films festivi. Iżda ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied huma differenti skont f’liema pajjiż tkun qed tgħix! Permezz ta’ dan ix-xow tax-xjenza, ikollok opportunità li tivjaġġa madwar id-dinja u tesplora t-temp u l-klima ta’ diversi destinazzjonijiet favuriti għal żmien il-Milied.

Body Wonders | Ivvjaġġa madwar il-ġisem tal-bniedem permezz ta’ dan ix-xow tax-xjenza divertenti u tgħallem kif taħdem is-sistema diġestiva. Il-komunikaturi tax-xjenza tagħna se jurukom l-imxija kollha tal-ikel minn meta niekluh sakemm ma jiġi diġestit u mormi barra.

Xow fl-EsploraPlanetarium

Wonders of the Night Sky: Christmas Edition | Ħares ’il fuq u skopri l-kostellazzjonijiet kollha li jidhru minn Malta kieku ma kellnix daqshekk tniġġis tad-dawl. Kif taħseb li se tkun is-sema lejlet il-Milied? Permezz ta’ dan ix-xow meraviljuż, tkunu tistgħu tiskopru wkoll kif jiċċelebraw il-Milied, l-astronawti li jinsabu fuq l-Istazzjoni Spazjali Internazzjonali (ISS).

Għall-iskeda tal-ġimgħa, ġentilment aċċessaw l-iskeda tal-ġimgħa Ninkoraġġuwkom ukoll sabiex tiċċekkjaw il-Ħinijiet tal-Ftuħ tagħna minn hawnhekk

Għal esperjenza unika u divertenti, żur Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, dan il-Milied!

milied-man-nanniet

Avvenimenti

UoM Electric Car Launch

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more