Ftuħ: 7 ta’ Frar – Wirja immersiva unika ta’ Vjaġġ Spazjali.
Lesti ruħek għal avventura li tieħdok lil hinn mill-kwiekeb bil-vjaġġ indimentikabbli li jurik il-misteri tal-qamar permezz tal-wirja temporanja – Moonfall: Il-Legat Rari Lunari.
Din il-wirja immersiva li se tiftaħ għall-pubbliku fis-7 ta’ Frar, se toffrilek ċans uniku li tara b’għajnejk waħda mill-akbar meteoriti lunari fid-Dinja – b’porzjon ta’ 2006g ta’ Tisserlitine 001, biċċa mill-Qamar innifsu!
Dawn il-meteoriti rari, li waqgħu fuq id-Dinja b’impatti tal-asterojdi u kometi, huma fost l-aktar teżori xjentifiċi mfittxija. Fil-fatt, jeżistu biss 306 kampjuni ta’ meteoriti lunari, u l-biċċa l-kbira tagħhom mhumiex disponibbli għall-pubbliku. Għall-ewwel darba, se jkollok iċ-ċans li tara dawn il-kampjuni mill-qrib.
Madankollu, aktar minn sempliċiment esebit, Moonfall: Il-Legat Rari Lunari huwa vjaġġ kompletament immersiv fl-ispazju fejn aħna ser naqsmu magħkom ix-xjenza dwar ir-rabta li għandu l-Qamar mad-Dinja kif ukoll stejjer interessanti dwar il-Qamar u l-meteoriti lunari. Dan kollu jorbot mar-reputazzjoni tagħna bħala ċ-Ċentru Nazzjonali Interattiv tax-Xjenza, id-destinazzjoni edukattiva u kulturali ewlenija f’Malta.
Minn wirjiet mill-isbaħ li joffrulek esperjenza mhux tas-soltu, l-esplorazzjoni ta’ din l-esebizzjoni żgur li se tħallik bla kliem. Titlifx din l-opportunità esklussiva biex tidħol fil-kosmos!
Għal din l-esperjenza m’hemmx ħlas u għalhekk huwa inkluż fil-prezz għad-dħul fl-Esplora.