Nesploraw id-Dinja u lil Hinn

Għal snin twal, nies madwar id-dinja kienu affaxxinati mill-misteri tal-ispazju. L-astronomija u l-esplorazzjoni tal-ispazzju biddlu dak li kienu ġa jafu u hemm ħafna affarijiet oħra li għadna rridu niskopru. Iżda aktar ma nitgħallmu fuq l-ispazju, aktar nindunaw kemm hija speċjali l-pjaneta tagħna u kemm huwa importanti li nipproteġuha u ngħożżuha. Fix-xhur ta’ Mejju u Ġunju, ingħaqdu magħna għal Nesploraw id-Dinja u lil Hinn. B’aktar minn 200 esebit interattiv u xows tax-xjenza ppreżentati mill-Komunikaturi tax-Xjenza tagħna, żur l-Esplora u skopri aktar dwar il-pjaneta sabiħa tagħna u l-ispazju.

Tinsiex iżżur il-paġni tal-midja soċjali tagħna ħalli tkun taf aktar dwar il-kontenut online, kif ukoll kif għandek tniżżel il-ġabra ta’ attivitajiet għat-tfal li ntellgħu fuq il-website.

Hawnhekk għandkom lista kompluta ta’ attivitajiet li se jkunu offruti l-Esplora f’Mejju u Ġunju:

Xows tax-Xjenza

ElectroBuzz: L-elettriku jinsab madwarna u sakemm jasal sas-sokits ta’ djarna, jgħaddi minn vjaġġ inkredibbli. Imma kif irnexxielna nużaw l-elettriku li tipprovdilna n-natura? Kif niġġeneraw l-elettriku lokalment? U kif nistgħu nkunu aktar sostenibbli f’dan ir-rigward? Kontu tafu li tistgħu tużaw il-messaġġi elettroniċi li jibgħat il-moħħ biex tikkontrollaw persuna oħra? Ingħaqdu magħna f’dan l-ispettaklu fantastiku tax-xjenza biex tqanqlu l-immaġinazzjoni tagħkom u fl-istess waqt tagħmlu skoperti elettrifikanti!

Ideali għal Etajiet: 8+

Dan ix-xow tax-xjenza se jkun offrut f’Mejju u Ġunju.

ElectroBuzz huwa miġjub lilkom grazzi għal Identity Malta.

Weatherology:

Skopri l-għeġubijiet naturali li tipprovdina bihom il-klima tad-Dinja. Esperjenza l-akbar ‘sħaba’ ġewwa li qatt rajt u esplora mistoqsijiet bħal ‘għalfejn tagħmel ix-xita?’ u ‘kif jiffurmaw tipi differenti ta’ trombi.

Ideali għal Etajiet: 7+

Dan ix-xow tax-xjenza se jkun offrut f’Mejju u Ġunju.

Superhero In You: Ingħaqad magħna fuq vjaġġ ta’ skopertà fejn fih titgħallem aktar dwar superpotenzi differenti. Għinna nidentifikaw forom b’saħħithom, nagħtu ħarsa lejn oġġetti li jinsabu ’l bogħod ħafna jew inkella li huma veru żgħar. Skopru kif ċertu annimali jafu jkunu inviżibbli u ppruvaw ukoll ċaqalqu oġġetti b’moħħkom. Dan l-ispettaklu tax-xjenza huwa divertenti ħafna u juża kunċetti xjentifiċi biex jaffaxxina lill-udjenza żgħar tagħna.

Ideali għal Etajiet: bejn 3 – 6 snin

Dan ix-xow tax-xjenza se jkun offrut f’Mejju u Ġunju.

Esebizzjonijiet

Esebizzjoni Art in Waste: Żewġ artisti joħolqu tip ta’ arti mill-iskart li jiġbru minn madwar Malta billi jnaddfu bajjiet u għelieqi u jbiddlu dawn l-oġġetti f’arti. Riċentament, huma kienu qed jaħdmu fuq xogħol artistiku li se jidher fuq ktieb tat-tfal, li għandu storja bbażata fuq il-ħsara li jagħmel l-iskart fl-oċeani u juri kemm hu importanti li żżomm, mhux biss l-oċean u l-bajjiet nodfa, iżda anke l-ambjent tal-madwar. L-istampi kollha huma maħluqa minn dawn ix-xogħlijiet tal-arti, magħmula mill-iskart miġbur. Dawn ix-xogħlijiet flimkien ma’ esebiti oħra tal-arti se jkunu fl-Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza.

Din l-esebizzjoni se tkun offruta mit-23 ta’ Ġunju sat-2 t’Awwissu

Ideali għal kull Età

Wirja Malta Wildlife: Fil-ġimgħat li ġejjin, fl-Esplora se jkun hemm esebizzjoni ta’ speċi nativi meħuda mil-lenti tal-entemoloġist lokali, Thomas Cassar. Permezz ta’ dawn il-posters, wieħed se jkun jista’ japprezza s-sbuħija tal-flora u fawna lokali, u jitgħallem aktar dwar l-ispeċi indiġeni li jinsabu f’Malta.

Ideali għal kull Età

Għall-iskeda tal-ġimgħa, ġentilment aċċessaw hawn.

Ninkoraġġukom ukoll sabiex tiċċekkjaw l-Ħinijiet tal-Ftuħ tagħna minn fuq is-sit qabel ma żżuruna minn hawn.

exploringearth_website

Avvenimenti

Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more