Niċċelebraw 7 Snin ta’ Esplora

Seba’ snin ilu, Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza fetaħ il-bibien tiegħu għal dinja ta’ skoperta u meravilji. Minn dak il-jum importanti, bdejna vjaġġ inkredibbli ta’ esplorazzjoni xjentifika u impenn fil-komunità. Biex infakkru dan it-tragward importanti, nixtiequ nistednukom sabiex tingħaqdu magħna għal jumejn ta’ ċelebrazzjoni nhar it-18 u 19 ta’ Novembru bejn id-9 ta’ filgħodu u l-5 ta’ filgħaxija. Dan l-avveniment speċjali huwa ddedikat għall-viżitaturi tagħna, li appoġġjawna fil-missjoni tagħna li nressqu x-xjenza aktar qrib tal-komunità.

Kull min jipparteċipa f’din iċ-ċelebrazzjoni ta’ jumejn se jkollu esperjenza indimentikabbli. L-għan tagħna huwa li niżguraw li nakkomodaw kemm nistgħu familji, biex jiġu jaqsmu mal-ferħ ta’ din l-okkażjoni importanti għalina.

Il-Ħlas tad-Dħul huwa hekk:

Tfal taħt l-10 snin: B’XEJN

Tfal (11-15-il sena): €4

Adulti: €8

Permezz ta’ din iċ-ċelebrazzjoni, aħna determinati li nkomplu nikkontribwixxu fis-soċjetà tagħna u ninvestu fil-futur ta’ uliedna. Din hija xhieda tad-dedikazzjoni tagħna li noħolqu dinja aħjar permezz tax-xjenza u l-edukazzjoni. Nemmnu li billi ningħaqdu flimkien, nistgħu nidentifikaw modi innovattivi biex noħolqu futur aktar sostenibbli u konxju aktar mill-ambjent.

X’għandek tistenna

Ingħaqad magħna fit-18 u d-19 ta’ Novembru għal ċelebrazzjoni ta’ jumejn mimlija diskussjonijiet informattivi, workshops u attivitajiet hands-on. Ninsabu ferħanin li għal dan l-avveniment, ingħaqdu magħna NGOs fil-qasam ta’ l-ambjent, riċerkaturi, u xjenzati li qed jaħdmu bla heda biex isibu soluzzjonijiet innovattivi għal futur sostenibbli. Matul dan l-avveniment tista’:

L-Esplora, se nkunu qed nospitaw bosta riċerkaturi u organizzazzjonijiet ambjentali, inklużi NGOs, impenjati li jindirizzaw il-problemi urġenti tal-ambjent u jiġġieldu kontra l-kriżijiet klimatiċi. Apparti minn dan, ninsabu kburin li nħabbru li waqt dan l-avveniment se nkunu wkoll qegħdin ninkoraġġixxu, b’mod attiv, r-reġistrazzjoni tad-donaturi tal-organi sabiex, b’mod sinifikanti ieħor, inkunu qed nikkontribwixxu għat-titjib tas-soċjetà.

L-impenn tagħna għall-eċċellenza xjentifika, l-edukazzjoni u l-innovazzjoni jibqa’ dejjem b’saħħtu. Ninsabu ħerqanin biex, flimkien magħkom il-viżitaturi tagħna, niċċelebraw u nkomplu l-vjaġġ tagħna lejn futur isbaħ u aktar sostenibbli. Flimkien nistgħu nagħmlu differenza.

Grazzi talli kontu parti mill-familja ta’ Esplora, u ninsabu ppreparati biex niċċelebraw miegħek nhar it-18 u 19 ta’ Novembru!

Avviż importanti:

Minħabba restrizzjonijiet ta’ spazju, id-dħul se jingħata fuq bażi ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel, u jista’ jkun hemm bżonn li tistenna barra sakemm jitilqu xi viżitaturi oħra.

Avvenimenti

UoM Electric Car Launch

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more