Nispiraw il-Ġenerazzjonijiet tal-Futur

Fl-Esplora nemmnu li għandna ngħinu lill-ġenerazzjoni żagħżugħa sabiex tkun aktar konxja rigward ir-relevanza u l-importanza ta’ STEM (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija u Matematika) fil-ħajja ta’ kuljum. Nippruvaw ukoll nispiraw u ninkoraġixxu liż-żgħażagħ biex jagħżlu dawn is-suġġetti fl-iskola ħalli jkunu jibnu karriera f’waħda mill-oqsma STEM.

It-tema prinċipali tal-attivitajiet fl-Esplora, bejn Jannar u Marzu, se tkun iffukata fuq dan: Nispiraw il-Ġenerazzjonijiet tal-Futur, fejn fost l-oħrajn se ntellgħu workshops bl-isem ta’ Akkwatiku u Explore VEX IQ, kif ukoll xows tax-xjenza li jinkludu STEM Game Show u ElectroBuzz.

Hawnhekk għandkom lista kompluta tal-Attivitajiet fl-Esplora għall-ewwel tliet xhur tas-sena:

Xows tax-Xjenza

Beautiful Bubbles: Bżieżaq kbar, żgħar, kubiċi, ħfif, tqal. Għalfejn taħsbu li tista’ tara l-kuluri tal-qawsalla fil-bżieżaq. Għaliex dejjem ikunu forma ta’ sfera? Kif dejjem tarahom neżlin ’l isfel? Nistgħu nimlew il-bżieżaq b’gassijiet differenti? Maħluq għall-Esploraturi ż-Żgħar, dan ix-xow jesplora x-xjenza wara l-bżieżaq.

Dan ix-xow tax-xjenza se jkun offrut f’Jannar u Marzu.

Ideali għal Etajiet: bejn: 3 – 7 snin

ElectroBuzz: L-elettriku jinsab madwarna u sakemm jasal sas-sokits ta’ djarna, jgħaddi minn vjaġġ inkredibbli. Imma kif irnexxielna nużaw l-elettriku li tipprovdilna n-natura? Kif niġġeneraw l-elettriku lokalment? U kif nistgħu nkunu aktar sostenibbli f’dan ir-rigward? Kontu tafu li tistgħu tużaw il-messaġġi elettroniċi li jibgħat il-moħħ biex tikkontrollaw persuna oħra? Ingħaqdu magħna f’dan l-ispettaklu fantastiku tax-xjenza biex tqanqlu l-immaġinazzjoni tagħkom u fl-istess waqt tagħmlu skoperti elettrifikanti!

Dan ix-xow tax-xjenza se jkun offrut bejn Jannar u Marzu.

Ideali għal Etajiet: 7+

ElectroBuzz huwa miġjub lilkom grazzi għal Identity Malta.

STEM Game Show: Irreaġixxi, Kabbar, Addatta, Identifika, Iddefendi u Eletriċizza. X’inhu t-trijanglu tan-nar? L-annimali, kif jirnexxilhom jaddattaw għall-ambjent tagħhom? Kif tista’ tiċċekja jekk sustanza hijiex aċiduża jew alkali? Agħżel karta u skopri aktar dwar id-dinja manjifika li ngħixu fiha.

Dan ix-xow tax-xjenza se jkun offrut f’Jannar u fi Frar.

Ideali għal Etajiet: 7+

Superhero in you: Ingħaqad magħna fuq vjaġġ ta’ skopertà fejn fih titgħallem aktar dwar superpotenzi differenti. Għinna nidentifikaw forom b’saħħithom, nagħtu ħarsa lejn oġġetti li jinsabu ’l bogħod ħafna jew inkella li huma veru żgħar. Skopru kif ċertu annimali jafu jkunu inviżibbli u ppruvaw ukoll ċaqalqu oġġetti b’moħħkom. Dan l-ispettaklu tax-xjenza huwa divertenti ħafna u juża kunċetti xjentifiċi biex jaffaxxina lill-udjenza żgħar tagħna.

Dan ix-xow tax-xjenza se jkun offrut fi Frar u Marzu.

Ideali għal Etajiet: bejn 3 – 8 snin

Workshops

Explore VEX IQ: Ir-Robots u l-Intelliġenza Artifiċjali qed isiru parti mill-ħajja ta’ kuljum u minħabba f’hekk hemm bżonn li nippreparaw aktar minn qatt qabel għal dawn il-bidliet teknoloġiċi. Esplora kif ir-robots qegħdin jintużaw fl-industriji u pprova kkontrolla VEX IQ robot billi tipprogrammah u tlesti diversi kompiti li jingħatawlek waqt dan il-workshop.

Dan il-workshop se jkun offrut minn Jannar sa Marzu.

Ideali għal Etajiet: 8+

Explore VEX IQ huwa miġjub lilkom grazzi għal robocoach.

Għall-iskeda tal-ġimgħa, ġentilment aċċessaw: http://esplora.org.mt/week-schedule/

Ninkoraġġukom ukoll sabiex tiċċekkjaw l-Ħinijiet tal-Ftuħ tagħna minn fuq is-sit qabel ma żżuruna. Dawn tista’ ssibhom hawnhekk: https://esplora.org.mt/opening-hours/

Avvenimenti

Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more