Oħloq ma’ Ġina

Tixtieq toħloq magna bħal ta’ Ġina u Katrina?

Jekk qed issegwu l-episodji l-ġodda tat-tieni staġun ta’ Ġina u l-Esploraturi kull nhar ta’ Erbgħa fit-15.10 fuq TVM, fis-seba’ u t-tmien episodju Ġina u Katrina tkellmu dwar ix-xogħol siewi ta’ inġinier. Flimkien ħolqu wkoll magana tar-riċiklaġġ. Għandek problema li tixtieq issolvi? Tixtieq toħloq magna bħal tagħhom?

 

Imxi mal-passi ta’ inġinier u jirnexxilek żgur! Aqraw ftit kif:

X’inhi eżattament il-problema li għandek? X’għandha bżonn tagħmel il-magna li se toħloq biex issolvi l-problema?

Ibda fittex u iġbor xi oġġetti minn madwar id-dar biex jgħinuk toħloq il-magna. X’affarijiet utli jistgħu jkunu dawn? Biċċiet tal-kartonċin, dominos, karozzi żgħar, kotba, tazzi tal-plastik eċċ. Aħseb dwar kif tista’ tgħaqqad l-oġġetti f’daqqa biex wieħed imexxi lill-ieħor.

X’ħin tiġi idea tajba, iktibha qabel tinsiha! Ippjana u pinġi kif tixtieq li tkun il-magna tiegħek u kif se jingħaqdu l-oġġetti li ġbart.

Ibni l-magna tiegħek! Imxi skont il-pjan li għamilt u fejn ikun hemm bżonn, tiddejjaqx tistaqsi lil xi adult biex jgħinek.

Wasal il-ħin biex naraw taħdimx il-magna! Ħadmet kif xtaqt?

L-ideat kważi qatt ma jaħdmu mill-ewwel darba, allura tibżax terġa’ tipprova. Innota x’tista’ tagħmel biex tirranġa l-magna ħalli taħdem aħjar. Erġa’ pprova sakemm jirnexxilek. Taqtax qalbek!

 

Ibgħatilna ritratti jew filmati tal-magni li se toħloq fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Esplora billi tużaw it-tag @esploramalta jew inkella fuq dan l-email marketing.esplora@esplora.org.mt

 

Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar il-programm Ġina u l-Esploraturi tista’ taqra hawnhekk.

03-website-750x5003

Avvenimenti

KurżitàJiem  

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more