Oħloq Mutur Sempliċi

Segwejthom l-invenzjonijiet tal-imgħoddi li kienet qed titgħallem dwarhom Ġina? Illum tista’ tingħaqad mat-tim u tesperimenta mill-kumdità ta’ darek biex tkompli tiskopri dwar l-invenzjoni tal-mutur.

Din l-invenzjoni, bħal ħafna oħrajn, iffurmat id-dinja li aħna nafu u ngħixu fiha, b’mod partikolari għinet lil bnedmin jilħqu postijiet li ma setgħux jilħqu qabel. Illum il-ġurnata din l-invenzjoni ssibha f’kull xorta ta’ apparat, minn kompjuters sa anki serraturi tal-bibien, u għadna sal-llum ntuha forom u użi differenti allavolja din l-invenzjoni ġiet maħluqa minn Michael Faraday mal-mitejn sena ilu!

L-istess fenomenu xjentifiku li Ġina u Ryan użaw biex jiġġeneraw l-elettriku billi jdawwru rota jew turbina, jaħdem ukoll bil-maqlub: tista’ tuża l-elettriku biex tiġġenera moviment.

Mutur elettroniku jaħdem grazzi għal-kurrent elettriku li jgħaddi minn ġo fih, u dan joħloq kamp eletromanjetiku. Wajer tar-ram normalment jitkebbeb fuqu nnifsu għal mijiet jekk mhux eluf ta’ drabi li mbagħad jitpoġġa ma’ kalamita. Malli jgħaddi l-kurrent minn ġol-koljatura, il-kamp eletromanjetiku li jifforma madwarha jibda jimbotta kontra l-kamp manjetiku tal-kalamita u b’hekk tibda ddur jew il-koljatura jew il-kalamita, skont il mutur li tuża, u dan joħloq iċ-ċaqliq jew moviment li rridu minn mutur elettriku.

 

Bi ftit inizjattiva u rieda li titgħallem, inti wkoll tkun kapaċi toħloq mutur sempliċi. Kull m’għandek bżonn huwa:

 

Tista’ ssegwi pass pass ma Ryan billi tara dan il-filmat jew billi ssegwi dawn l-istruzzjonijiet:

  1. L-ewwel trid tqaxxar il-plastik minn mal-wajer tar-ram (bl-għajnuna ta’ xi adult!)
  2. Wara trid tilwi wajer wieħed f’forma tal-ittra “J” b’mod li tkun tista’ tibbilanċjaħ fuq il batterija bħal ma għamel Ryan fil vidjow
  3. Qabbad il-kalamita taħt il batterija AA u poġġihom weqfin fuq il-mejda
  4. Poġġi l-wajer tar-ram fuq il-batterija (ara li n-naħa pożittiva tkun tħares ‘l fuq)
  5. Malli l-wajer jgħaqqad in-naħa pożittiva (+) man-naħa negattiva (-) tal-batterija grazzi għall-kalamita, kif isib il-bilanċ, għandek tara l-wajer jibda jdur fuqu nnifsu

 

Prosit! Għadek kif bnejt mutur sempliċi inti stess. Tħallihx għaddej għal ħafna ħin għax taf tagħmel ħsara lill-batterija, Però pprova ara ssibx xi użu għall-mutur il-ġdid tiegħek. Min jaf? Forsi ‘l quddiem toħloq xi għodda ġdida għal Ġina u Ryan, jew forsi tivvinta xi ħaġa li tbiddel il-ħajja tan-nies bħal ma kien għamel Michael Faraday snin ilu.

Aqta’ l-kurżità u Esplora!

 

homopolar-motor-with-battery-copper-wire

Avvenimenti

Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more