Pakketti ta’ biljett għall-Familji u l-Ħbieb

Dan is-sajf, aħrab is-sħana qawwija ta’ barra u ejja l-Esplora għal vjaġġ ta’ skoperta. Din is-sena ninsabu ħerqana biex nintroduċulkom pakketti ta’ biljetti speċjali immirati għall-familji u l-ħbieb. Grazzi għal ambjent bi klima kkontrollata, tim ta’ persuni li jafu sew is-suġġett tax-xjenza u esperjenza edukattiva iżda divertenti, m’hemmx post aħjar fejn tista’ tqatta’ l-ġranet tas-sajf tiegħek, miċ-ċentru tax-xjenza.

Il-pakketti speċjali tal-Familji u l-Ħbieb jiżguraw li kulħadd jista’ jingħaqad fid-divertiment. Tista’ ġġib miegħek lill-familja kollha jekk trid – grazzi għall-pakketti ta’ 2 adulti u 3 itfal tista’ tesplora ċ-ċentru billi tħallas €18. Tixtieq tiġi ma’ aktar ħbieb? Mhux problema! Bil-pakkett ta’ €22, 2 adulti u 4 itfal jistgħu jgawdu jum memorabbli magħna.

Jekk tifforma parti minn grupp iżgħar, għandna wkoll pakkett ideali għalik għax dak ta’ €12 huwa perfett għal adult u 2 itfal! U għal familja ta’ erbgħa, permezz tal-pakketti ta’ €15 jistgħu jidħlu 2 adulti u 2 itfal u b’hekk ħadd ma jitlef ġurnata ta’ divertiment.

Se tkunu aktar nies? Bil-pakkett ta’ €36 jistgħu jidħlu 3 adulti u 6 itfal biex igawdu avventura fiċ-ċentru flimkien. Grazzi għal din l-offerta speċjali, tista’ tingħaqad mal-ħbieb għal ġurnata memorabbli ta’ tagħlim u divertiment.

Hekk kif tidħol fl-ambjent bi klima kkontrollata tagħna, tħossok mill-ewwel mistrieħ mis-sħana kbira ta’ barra. Filwaqt li x-xemx tkun qed tiżreġ, inti u l-maħbubin tiegħek tistgħu tgawdu żjara komda, mingħajr inkwiet ta’ temperaturi qawwija.

Iċ-ċentru tagħna huwa wkoll kburi bit-tim ta’ persuni kkwalifikati li għandu, li lesti wkoll biex jassistu lill-viżitaturi kollha u jiggwidawhom mal-esibiti. Kemm jekk għandek mistoqsijiet fuq id-Dinja u l-pjaneti, jew jekk trid tagħmel l-esperimenti tax-xjenza fil-kumdità tad-dar jew tixtieq tkun taf liema mill-esibiti għandek tipprova l-ewwel, it-tim jinsab hemm biex jgħinu lill-viżitatur ħalli jkollu żjara mill-aqwa.

Dak li jiddistingwi ċ-ċentru tagħna huwa l-bilanċ bejn edukazzjoni u divertiment. Filwaqt li l-esebiti tagħna huma mimlijin valur edukattiv, aħna kburin li nippreżentaw is-suġġetti tax-xjenza b’tali mod li jkunu divertenti għal kull età. Minn workshops interattivi għal shows tax-xjenza, fl-Esplora jkollok esperjenza li tqanqal l-entużjażmu u l-kurżità.

Kemm jekk qed tfittex ġurnata edukattiva jew lok fejn tista’ tgawdi ġurnata sabiħa mal-familja u l-ħbieb, iċ-ċentru tax-xjenza tagħna huwa l-post ideali għal dan is-sajf.

Il-Pakketti ta’ Biljetti għall-Familji u Ħbieb

2 Adulti + 3 Itfal bil-prezz ta’ €18

2 Adulti + 4 Itfal bil-prezz ta’ €22

1 Adulti + 2 Itfal bil-prezz ta’ €12

2 Adulti + 2 Itfal bil-prezz ta’ €15

3 Adulti + 6 Itfal bil-prezz ta’ €36

Termini u Kundizzjonijiet:

Eliġibilità:

a. Il-Pakketti ta’ Biljetti għall-Familji u l-Ħbieb huma disponibbli għall-viżitaturi kollha, inklużi familji, ħbieb u gruppi.

b. Kull pakkett huwa validu għal numru speċifiku ta’ viżitaturi kif imsemmi fid-deskrizzjoni tal-pakkett ta’ hawn fuq.

Xiri u Użu:

a. Il-Pakketti ta’ Biljetti għall-Familji u l-Ħbieb jistgħu jinxtraw biss personalment mir-reception tal-Esplora.

b. Il-pakkett għandu jissarraf dakinhar tax-xiri.

c. Il-Pakketti ta’ Biljetti għall-Familji u l-Ħbieb m jistgħux jintużaw flimkien ma’ xi offerti/skontijiet/vawċers oħra jew waqt avvenimenti speċjali.

X’jinkludi l-Pakketti:

a. Il-pakkett jinkludi biljetti ta’ entratura għal numru speċifiku ta’ individwi, kif imsemmi fid-deskrizzjoni tal-pakkett.

b. Żidiet addizzjonali ta’ entratura jistgħu jiġu miżjuda bi ħlas addizzjonali.

Kanċellazzjoni u Rifużjonijiet:

a. Rifużjonijiet jew kanċellazzjonijiet tal-Pakkett ta’ Biljetti għall-Familji u l-Ħbieb mhumiex disponibbli ladarba x-xiri jkun sar u lanqas ma jistgħu jiġu trasferiti jew mifdija fl-EsploraShop u/jew l-Esploracafé.

Avvenimenti

UoM Electric Car Launch

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more