Paws and Claws – L-Avventura tal-Għid fl-Esplora: Divertiment uniku għall-familja kollha!

Immaġina ftit l-eċitament fuq wiċċ it-tfal tiegħek meta tgħidilhom li sejrin l-Esplora—f’dinja meraviljuża tax-xjenza u l-iskoperta. Issa, immaġina kemm se jifirħu meta tgħidilhom li jistgħu jġibu l-pet tagħhom magħhom għal din l-avventura! Żgur li din se tkun avventura unika u indimentikabbli għal kulħadd.

Ingħaqdu magħna għall-avventura tal-Għid Paws and Claws dan l-Għid għaliex nhar is-26 u is-27 ta’ April, se jittella’ avveniment uniku fejn l-għeġubijiet tax-xjenza se jilaqgħu mar-renju affaxxinanti tal-annimali.

Għall-ewwel darba, l-Esplora se jilqa’ l-annimali domestiċi tagħkom! Ġibu l-pets tagħkom magħkom u idħlu flimkien f’dinja eċċitanti ta’ attivitajiet hands-on, attrazzjonijiet live ta’ annimali, u wirjiet interattivi.  Minbarra li se tiltaqgħu ma’ varjeta’ ta’ annimali, minn rettili sa kreaturi eżotiċi —se tingħataw ukoll iċ-ċans li żżuru r-rokna tal-adozzjoni biex tiltaqgħu mal-pets ħelwin li qed ifittxu l-imħabba ta’ dar li tilqagħhom.

Immaġina l-ferħ fuq wiċċ it-tfal tiegħek hekk kif dawn jesploraw id-dinja tal-annimali, jistaqsu mistoqsija wara l-oħra biex b’hekk jagħmlu skoperti ġodda. Se jitgħallmu kif jikkominikaw u jaddattaw dan l-annimali, u kif  huma jirnexxu fl-ambjent tagħhom, filwaqt li se jkollhom ukoll iċ-ċans li jiskopru aktar dwar ix-xjenza tal-kura tal-pets u l-imġieba tagħħom.Għat-tfal li diġa wrew interess li jsiru veterinarji, se jkollna workshops apposta fejn uliedkom ikunu jistgħu jitgħallmu  dwar il-kura tal-annimali u dak kollu li tirrikjedi din il-karriera.

Ovvjament, l-avventura ma tkunx kompluta mingħajr il-famuża Easter Egg Hunt, fejn il-kreattivita’ tilħaq il-qofol tagħha fl-istazzjon robotiku, u fejn il-wirjiet live tal-annimali żgur li se jsaħħru l-familja kollha.    

L-Avventura tal-Għid Paws and Claws se tkun qed toffri taħlita ta’ divertiment u tagħlim adattat għall-familja kollha. Titlifx dan il-vjaġġ edukattiv – kemm jekk l-annimali jaffaxinaw lit-tfal tiegħek, jew jekk joħolmu li xi darba jkollhom karriera assoċjata mall-kura tal-annimali, jew inkella jekk jieħdu pjaċir jfittxu l-bajd tal-Għid, se jkun hemm divertiment għal kulħadd!

Iċċelebra l-Għid magħna fl-Esplora—fejn ix-xjenza, l-avventura u l-annimali jingħaqdu flimkien biex iwasslulek esperjenza li ma tinsa qatt!

Tista’ tixtri biljetti min hawn: https://www.showshappening.com/esplora-interactive-science-centre/Paws–Claws-

Avvenimenti Ewlenin

Pawesome Senses| 5+

Show tax-Xjenza

Qatt pprovajt tara d-dinja minn għajnejn il-pet tiegħek? Waqt din l-attivita’ se tiskopri kif l-annimali jesperjenzaw id-dinja ta’ madwarhom b’mod li qatt ma nistgħu nimmaġinaw, bħal ngħidu aħna kif jirnexxielhom ixommu minn seba’ mil ‘l bogħod. Ingħaqad magħna għal dan is-show fejn mhux biss se nesploraw is-sensi straordinarji tal-animali bħax-xamm, il-vista u s-smiegħ, imma se neżaminaw ukoll il-mod inkreddibli kif l-annimali jirnexxielhom jaddattaw irwieħom biex jinnavigaw id-dinja b’mod differenti minna l-bnedmin. Lesti ruħek biex tiftaħ għajnejk beraħ u tesperjenza l-ħajja minn għajnejn l-annimali!

Amazing Wildlife Puppet Show | 3 to 6 years

Show tal-Pupazzi

Ingħaqad magħna għal show divertenti tal-pupazzi fejn se tiltaqgħu ma’  membri tar-Renju tal-Annimali u fejn se tiskopru fatti affaxinanti dwar kif u fejn dawn jgħixu fid-dinja. Minn ġo ġungli mill-isbaħ, sal-oċeani mill-aktar fondi se tiltaqgħu ma kull tip ta’ animal u tesploraw l-abitati uniċi li huma jikkonsidraw bħala darhom.

Little Vet Clinic| 5+

Qatt ħsibt x’jiġifieri tkun veterinarju? Permezz ta’ din l-attività prattika u hands-on, It-tfal se jieħdu r-rwol tal-Veterinarju,  billi jużaw il-kreattività u l-immaġinazzjoni tagħhom biex jieħdu ħsieb tal-pets taparsi pazjenti. Bll-għajnuna ta’ props u ġugarelli, se ngħinu lit-tfal jiżviluppaw ħiliet biex isibu soluzzjonijiet tal-problemi waqt li jeżaminaw, joħorġu bi djanjosi, u jagħżlu l-aqwa trattament biex jgħinu lill-pet jerġa lura fuq saqajh. Esperjenza perfetta adattata speċjalment għat-tfal li jħobbu l-annimali u għal dawk li jiextiequ jsiru veterinarji!

Wanted Puppy | 3 to 6 years

Sessjoni tal-istejjer

F’Wanted Puppy se nirrakontaw l-istorja ta’ Bella, storja ta’ swied il-qalb dwar ġeru li qed tfittex dar li se tilqagħha u turiha l-imħabba li tant tixtieq. Għall-kuntrarju ta’ ġriewi oħra bħalha, l-istorja ta’ Bella tiżvolġi ruħha b’ħafna sorpriżi, sfidi u mumenti ta’ tama. L-istorja tinvolvi lit-tfal fejn permezz ta’ attivitajiet sensorji se jkunu jistgħu jxommu, jħossu u jmissu biex l-istorja tkun aktar immersiva għalihom. Waqt l-istorja, it-tfal se jitgħallmu dwar ir-responsabbilitajiet tal-kura tal-anmimali domestiċi , kif ukoll dwar kemm hu importanti li wieħed ikun qalbu tajba u kuraġġuż .

Logħob Sensorju b’tema tal-annimali domestiċi | 0 sa 2 snin

Logħob Sensorju għat-tfal iż-żgħar

Introduċi liċ-ċkejknin tiegħek għad-dinja tal-annimali permezz ta’ logħob sensorju divertenti u interattiv. Din iż-żona li hija maħluqa għall-etajiet minn 0 sa 2, toffri attivitajiet li jinvolvu lil ġenituri biex jinkoraġixxu l-iżvilupp sensorju tat-tfal ċkejknin tagħhom , u jqanqlulhom l-kurżita’ biex jissortjaw u iqabblu l-kuluri flimkien, l-kuluri inspire curiosity through a range of activities including, colour-matching, sorting, logħob ħafif li jgħinhom jiżviluppaw il-motor skills tagħhom  u ħafna aktar.

________________________________________________________________________________________________________________

Esplora ċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, jista’ jiġbor u jipproċessa data personali bħala parti mill-proċess ta’ reġistrazzjoni tal-avveniment. Billi tattendi l-avveniment, inti tagħti l-kunsens tiegħek għall-ġbir, l-ipproċessar u l-ħżin tal-informazzjoni personali tiegħek għall-fini tal-ġestjoni tal-parteċipazzjoni tiegħek fl-avveniment.

Dawk kollha li jattendu għandhom josservaw ir-regolamenti tas-saħħa u s-sikurezza fis-seħħ matul l-avveniment. Is-sidien tal-annimali domestiċi huma responsabbli biex jiżguraw li l-annimali domestiċi tagħhom ma joħolqux riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tagħhom infushom, ta’ ħaddieħor, jew tal-post. Kwalunkwe tħassib jew inċident dwar is-sikurezza għandu jiġi rrappurtat immedjatament lill-persunal tal-avveniment. L-organizzaturi jirriżervaw id-dritt li jieħdu kwalunkwe azzjoni meħtieġa biex iżommu ambjent sikur għall-parteċipanti kollha, inkluż it-tneħħija ta’ annimali domestiċi jew individwi li joħolqu riskju.

Billi tidħol fil-bini tal-avveniment b’annimal domestiku, inti tikkonferma li qrajt, fhimt u qbilt ma’ dawn it-termini u kundizzjonijiet u ċaħda ta’ responsabbiltà.

________________________________________________________________________________________________________________

🐾 Annimal domestiku wieħed għal kull detentur tal-biljett huwa permess.
🦴 L-annimali domestiċi jridu jibqgħu biċ-ċinga f’kull ħin – ċineg li jistgħu jinġibdu lura mhumiex permessi.
🐕 Is-sidien huma għalkollox responsabbli għall-imġiba u s-sikurezza tal-annimali domestiċi tagħhom.
🚫 Tħallux l-annimali domestiċi jersqu viċin jew jinterferixxu mal-annimali għall-wiri.
💦 Stazzjonijiet tal-ilma se jkunu disponibbli madwar iż-żona tal-avveniment.
💩 Naddaf wara l-annimal domestiku tiegħek – bins u basktijiet tal-iskart se jkunu provduti.
🏥 Annimali domestiċi li huma f’saħħithom u vaċċinati biss jistgħu jattendu – annimali morda jew aggressivi se jkunu mitluba jitilqu.
🛑 Esplora mhuwiex responsabbli għal korriment, mard, jew ħsara kkawżata mill-annimali domestiċi.
✅ Is-sidien tal-annimali domestiċi huma meħtieġa jiffirmaw dikjarazzjoni ta’ rinunzja ta’ responsabbiltà mad-dħul.
👮 L-organizzaturi jirriżervaw id-dritt li jirrifjutaw id-dħul jew it-tneħħija ta’ kwalunkwe annimali domestiċi li jitqiesu bħala ta’ tfixkil.

________________________________________________________________________________________________________________

Il-viżitaturi li jidħlu bl-annimali domestiċi se jkunu meħtieġa jiffirmaw dikjarazzjoni mad-dħul.

Billi tixtri l-biljetti u tattendi l-avveniment “Paws and Claws” f’Esplora ċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, b’annimal domestiku, inti tirrikonoxxi, taqbel ma’, u taċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet li ġejjin:

  1. Kull detentur tal-biljett jista’ jġib massimu ta’ annimal domestiku wieħed (1). L-annimali domestiċi għandhom dejjem ikunu akkumpanjati minn sidhom u taħt is-superviżjoni tiegħu matul l-avveniment.
  2. L-annimali domestiċi jridu jibqgħu biċ-ċinga u taħt kontroll f’kull ħin fil-bini tal-avveniment. Ċineg li jistgħu jinġibdu lura mhumiex permessi.
  3. Is-sidien tal-annimali domestiċi huma unikament responsabbli għall-imġiba, is-sikurezza, u l-benesseri tal-annimali domestiċi tagħhom f’kull ħin. Din ir-responsabbiltà tinkludi kwalunkwe ħsara, korriment, jew tfixkil ikkawżat mill-annimal domestiku lil parteċipanti oħra, annimali domestiċi, persunal tal-avveniment, annimali għall-wiri, jew proprjetà fil-post.
  4. L-avveniment se jinkludi annimali għall-wiri f’diversi postijiet madwar l-Esplora. Is-sidien tal-annimali domestiċi għandhom jiżguraw li l-annimali domestiċi tagħhom ma jersqux lejn dawn l-annimali, ma jinterferixxux magħhom, jew jikkawżawlhom tbatija. L-interazzjoni bejn l-annimali domestiċi u l-annimali esposti hija strettament ipprojbita sakemm ma tkunx awtorizzata b’mod espliċitu mill-persunal tal-avveniment.
  5. Is-sidien tal-annimali domestiċi huma meħtieġa li jnaddfu wara l-annimali domestiċi tagħhom. L-istazzjonijiet tar-rimi tal-iskart se jiġu pprovduti għall-konvenjenza. Jekk individwu jonqos milli jnaddaf wara l-annimal domestiku tiegħu, il-persunal tal-avveniment jista’ jitlob lill-individwu jitlaq mill-bini, u ma tingħata l-ebda rifużjoni.
  6. Is-sidien tal-annimali domestiċi jridu jiżguraw li l-annimali domestiċi tagħhom ikunu f’saħħithom, imlaqqma kif suppost, u ma joħolqux riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza ta’ annimali oħra jew ta’ dawk li jattendu. Kull annimal domestiku li juri sinjali ta’ mard, aggressjoni, jew kwalunkwe kundizzjoni oħra li tista’ tipperikola s-saħħa, is-sikurezza, jew il-kumdità ta’ ħaddieħor se jkun meħtieġ li jitlaq mill-avveniment immedjatament.
  7. Se jiġu pprovduti stazzjonijiet tal-ilma fil-post kollu għall-annimali domestiċi; madanakollu, tibqa’ r-responsabbiltà tas-sidien tal-annimali domestiċi li jiżguraw li l-annimali domestiċi tagħhom jibqgħu idratati u komdi matul l-avveniment.
  8. Billi ġġib annimal domestiku għall-avveniment, inti tirrikonoxxi u taċċetta li l-attendenza tiegħek hija għar-riskju tiegħek stess. Esplora ċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, l-organizzaturi tal-avvenimenti, il-persunal, il-voluntiera, u l-affiljati tiegħu m’għandhomx jinżammu responsabbli għal kwalunkwe korriment, mard, telf, jew ħsara kkawżata minn jew lill-annimal domestiku tiegħek, lilek innifsek, jew lil kwalunkwe persuna oħra matul l-avveniment. Dan jinkludi kwalunkwe ħsara kkawżata mill-annimal domestiku tiegħek lil kwalunkwe proprjetà, annimali oħra, jew persuni.
  9. Inti taqbel li tindennizza u żżomm bla ħsara lil Esplora ċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, l-organizzaturi tiegħu, is-sidien tal-post, il-persunal, il-voluntiera, l-isponsors, u l-affiljati minn kwalunkwe pretensjoni, obbligazzjoni, dannu, telf, jew spejjeż li jirriżultaw mill-azzjonijiet tal-annimal domestiku tiegħek, inklużi, iżda mhux limitati għal, gdim, grif, reazzjonijiet allerġiċi, jew kwalunkwe korriment ieħor imġarrab minn kwalunkwe parti.
  10. L-organizzaturi tal-avveniment jirriżervaw id-dritt li jirrifjutaw id-dħul jew ineħħu kwalunkwe annimal domestiku li jitqies bħala ta’ tfixkil, aggressiv, jew riskju għas-sikurezza, il-benesseri, jew it-tgawdija ta’ oħrajn. Ma tingħata l-ebda rifużjoni f’każijiet bħal dawn.
  11. F’konformità mal-liġijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data, inkluż ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR), Esplora ċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza jista’ jiġbor u jipproċessa data personali bħala parti mill-proċess ta’ reġistrazzjoni tal-avvenimenti. Billi tattendi l-avveniment, inti tagħti l-kunsens tiegħek għall-ġbir, l-ipproċessar, u l-ħżin tal-informazzjoni personali tiegħek għall-fini tal-ġestjoni tal-parteċipazzjoni tiegħek fl-avveniment.
  12. Dawk kollha li jattendu għandhom josservaw ir-regolamenti tas-saħħa u s-sikurezza fis-seħħ matul l-avveniment. Is-sidien tal-annimali domestiċi huma responsabbli biex jiżguraw li l-annimali domestiċi tagħhom ma joħolqux riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tagħhom infushom, ta’ ħaddieħor, jew tal-post. Kwalunkwe tħassib jew inċident dwar is-sikurezza għandu jiġi rrappurtat immedjatament lill-persunal tal-avveniment. L-organizzaturi jirriżervaw id-dritt li jieħdu kwalunkwe azzjoni meħtieġa biex iżommu ambjent sikur għall-parteċipanti kollha, inkluż it-tneħħija ta’ annimali domestiċi jew individwi li joħolqu riskju.

Avvenimenti

XjenzAnzjan – Serje ta’ Taħditiet dwar ix-Xjenza għall-Anzjani

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more