Perċezzjoni u attitudni lejn ix-xjenza – Studju Lokali

Fl-2014, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-teknoloġija (MCST) ikkummissjona riċerka li saret fost il-pubbliku ġenerali bil-għan li titkejjel il-perċezzjoni u l-attitudni lejn ix-xjenza u l-inizjattivi relatati max-xjenza. Ir-riżultati li ħarġu mir-riċerka pprovdew ħarsa ċara lejn il-komunikazzjoni xjentifika fil-livelli lokali u nazzjonali. Ir-riżultati miksuba taw bidu għal proċess konsultattiv bil-għan li titfassal Strateġija ta’ STEM Engagement nazzjonali u serviet ukoll bħala linji gwida għall-iżvilupp tal-programm taċ-ċentru interattiv ġdid tax-xjenza – Esplora. Fl-2019, Il- Kunsill Malti għax-Xjenza u t-teknoloġija kkummissjona mill-ġdid ir-riċerka biex ikejjel it-tibdil li kien hemm fil-perċezzjoni u l-attitudni tal-pubbliku lejn ix-xjenza. Il-livell ta’ interess fix-xjenza rreġistrat fl-2019 kien 14% ogħla minn dak irreġistrat fl-2014.

Perċezzjoni u attitudni lejn ix-xjenza – Studju tal-2014 : Agħfas hawnhekk

Perċezzjoni u attitudni lejn ix-xjenza – Studju tal-2019 : Agħfas hawnhekk

Avvenimenti

UoM Electric Car Launch

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more