Ready, Set, CODE

 

Ready, Set, CODE! hija t-tema tax-xahar ta’ Ottubru, xahar li matulu tiġi ċċelebrata wkoll l-EU Code Week, attività li ta’ kull sena, bħala Ċentru Interattiv għax-Xjenza, nipparteċipaw bi ħġarna fiha. L-EU Code Week hija inizjattiva li nħolqot bil-għan li tħeġġeġ lin-nies sabiex jitgħallmu aktar dwar il-kodifikazzjoni u fl-istess waqt tifrex l-għarfien dwar il-litteriżmu diġitali. Dan tagħmlu b’mod divertenti ħafna u interattiv.

 

Ħafna drabi meta nsemmu l-kelma kodifikazzjoni naħsbu li dan huwa suġġett diffiċli ħafna. Madankollu bi gwida tajba – kemm tfal kif ukoll adulti – jirnexxilhom joħolqu programmi bażiċi. Apparti minn dan, meta t-tfal jitgħallmu l-kodifikazzjoni minn età żgħira, jkunu wkoll qed iwittu triq f’diversi industriji – u mhux hekk biss, il-kodifikazzjoni huwa suġġett divertenti biex titgħallmu!

 

Għalhekk żur l-Esplora matul ix-xahar ta’ Ottubru u pparteċipa f’dawn id-diversi attivitajiet li huma relatati mal-kodifikazzjoni.

 

‘Workshops’ tal-Kodifikazzjoni

Mill-attività Sphero’s Heroes (Etajiet: 7+) fejn titgħallem kif tikkodifika forom differenti sa Bee-A Coder (Etajiet: 3-7) fejn tista’ tfittex teżor… dawn l-attivitajiet fantastiċi huma divertenti ħafna għat-tfal u huma fost dawk li qegħdin nippreżentaw fl-Esplora tul dan ix-xahar. Niżżel l-iSphero Edu App minn hawnhekk: https://edu.sphero.com/d

 

Xows tax-Xjenza

Pump Up the Volume (Etajiet: 6+): Il-ħsejjes tista’ ssibhom kullimkien. Dan ix-xow jitratta l-modi differenti kif tista’ toħloq il-ħsejjes – kemm jekk tuża diversi partijiet tal-ġisem kif ukoll tesplora strumenti differenti. Tista’ tisma’, tara u tħoss il-vibrazzjonijiet li nipproduċu kuljum!

 

Beautiful Bubbles (Etajiet: 3-7): Permezz ta’ dan ix-xow issir taf biex inhuma magħmulin il-bżieżaq u kif jiġu ffurmati. Xow interattiv fejn il-bżieżaq jieħdu kull qies, imorru ’l hemm, ’l hawn, dik in-naħa, in-naħa l-oħra u kullimkien. Ġie maħluq għall-Esploraturi ż-Żgħar u għalhekk huwa divertenti ħafna!

 

Digital Science Quest

Sfidi u missjonijiet b’tema oriġinali… Digital Science Quest reġa’ magħna! Biex it-tfal ikunu jistgħu jipparteċipaw f’din l-attività divertenti, tridu ġġibu ‘mobile’ jew ‘tablet’ u tgħinuhom jagħżlu t-tema li l-aktar togħġobkom minn dawn li ġejjin: Pirate Captain Academy, A Gamer’s Got to Game, Unicorns: In Search of a New Home, A Vlogger’s Quest, Shipwreck Quest u Planetarium Quest.

 

Hekk kif tagħżlu t-tema favorita tagħkom, tingħataw ‘code’. Agħmlu ‘scan’ tagħha fuq it-‘tablet’ jew ‘mobile’ biex b’hekk tingħataw aċċess għal numru ta’ mistoqsijiet. Biex tavvanzaw minn sfida għall-oħra tridu twieġbu għal dawn il-mistoqisjiet!

 

Planetarium

Apparti mill-attivitajiet li semmejnilkom hawn fuq, bi pjaċir inħabbru li minn Ottubru, ix-xows tal-Planetarium se jkun qed jintwerew mhux biss fl-aħħar tal-ġimgħa imma matul il-ġimgħa kollha.

 

U fl-aħħar – smajna li Zed se jerġa’ jżur l-Esplora matul dan ix-xahar – għalhekk żommu għajnejkom fuq il-paġna ta’ Facebook tagħna @esploramalta għal aktar dettalji 😊

 

Biex tara l-iskeda idħlu: https://esplora.org.mt/skeda-tal-gimgha/?lang=mt

 

october-thematic-website

Avvenimenti

KurżitàJiem  

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more