Sajjar ma’ Ġina L-Ewwel Parti

Fl-Esplora ninsabu ħerqanin biex nippreżentawlkom it-tieni staġun ta’ Ġina u l-Esploraturi, programm għat-tfal li se jixxandar fuq TVM kull nhar ta’ Erbgħa fit-3.10 pm. Il-programm se jibda mis-6 t’April 2022. Fl-ewwel episodju ta’ dan l-istaġun il-ġdid se niltaqgħu ma’ Esploratur ġdid – Katrina li se tiddiskuti x-Xjenza fil-Kċina flimkien ma’ Ġina.

 

Tridu tippruvaw riċetta magħhom? Iċċekjaw l-ingredjenti ta’ hawn taħt ħalli tkunu tafu x’għandkom bżonn tippreparaw:

Il-Cupcakes ta’ Ġina

Għandek bżonn:

 

Metodu

  1. Ixgħel il-forn fuq temperatura ta’ 180°C
  2. Ħallat il-marġerina maz-zokkor sakemm jagħqdu f’daqqa.
  3. Ħabbat il-bajda fi skutella separata. Żidha mat-taħlita tal-marġerina u zokkor u ħawwad sew.
  4. Żid żewgt iqtar essenza tal-vanilla flimkien ma’ mgħarfa ħalib.
  5. Fl-aħħar, żid ½ kuċċarina baking powder u 50g dqiq plain u ħawwad bil-mod sakemm kollox jitħallat sew.
  6. Qassam f’żewġ forom tal-cupcakes u sajjar għal 10 minuti.

 

Tixtieq tesperimenta aktar? Osserva x’jiġri meta tipprepara l-istess taħlita mingħajr butir, mingħajr baking powder jew mingħajr il-bajda!

 

Għal aktar informazzjoni dwar Ġina u l-Esploraturi, aqra hawnhekk

gina-katrina-blog-website-part-1

Avvenimenti

KurżitàJiem  

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more