Saving Our Blue

Ingħaqad magħna fl-Esplora nhar id-29 u t-30 ta’ Lulju mill-10 ta’ filgħodu sas-1 ta’ waranofsinhar hekk kif nilqgħu magħna lit-tim wara l-proġett Saving Our Blue. Din l-attività hija opportunità meraviljuża għall-viżitaturi kollha biex isiru jafu aktar dwar ix-xogħol importanti li qed isir f’dan il-proġett f’dak li huwa l-qasam tal-konservazzjoni f’Malta bl-għan li jipproteġi u jippreserva l-ambjent marittimu u l-ekosistemi tal-kosta Maltija.

Immexxija minn tim dedikat ta’ ambjentalisti, xjenzati u voluntiera lokali, il-missjoni ta’ Saving Our Blue hi li tqajjem kuxjenza dwar l-importanza ta’ prattiċi sostenibbli u tippromwovi l-preservazzjoni tal-bijodiverstià tal-baħar. Dan isir billi twettaq riċerki, tippromwovi prattiċi sostenibbli u taħdem biex tbiddel il-politiki li jissalvagwardjaw l-ambjent tal-baħar. Dan jiżgura li l-ekosistema tal-baħar ta’ Malta tkun aktar sostenibbli u reżiljenti.

Matul din l-attività, it-tim ta’ Saving Our Blue se jkun qed iwassal sessjoni fl-Esplora, fejn il-viżitaturi jistgħu jiltaqgħu mat-tim. Is-sessjoni se tinkludi esperjenzi ta’ realtà virtwali u logħob interattiv iffukat fuq is-salvataġġ tal-ambjent marittimu. Billi jipparteċipaw f’dawn l-attivitajiet, il-viżitaturi se jiksbu aktar informazzjoni fuq il-problemi li qed jiffaċċjaw l-oċeani tad-dinja u jaraw x’jistgħu jagħmlu biex jipproteġu l-ambjent marittimu.

Saving our Blue huwa proġett immexxi mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, li jenfasizza l-impenn tal-gvern li jippreserva l-bijodiversità tal-baħar ta’ Malta. Min jattendi għal din l-attività mhux biss se jkollu ċ-ċans li jitgħallem u jinvolvi ruħu fl-attivitajiet ta’ dan il-proġett, iżda wkoll jikkontribwixxi u jgħin fil-konservazzjoni ta’ Malta.

Titlifx din l-opportunità inkredibbli biex tkun parti mill-moviment li tipproteġi u tippreserva l-ambjent. Immarka dawn id-dati fil-kalendarju tiegħek: id-29 u t-30 ta’ Lulju u ingħaqad magħna fiċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, Esplora. It-tim ta’ Saving Our Blue se jkun disponibbli biex jiltaqa’ magħkom mill-10 ta’ filgħodu sas-1 ta’ waranofsinhar.

Flimkien nistgħu noħolqu ambjent aktar b’saħħtu għall-ġenerazzjonijiet tal-futur!

Termini u Kundizzjonijiet

Ġentilment nixtiequ ninfurmawkom li jistgħu jittieħdu xi ritratti/filmati waqt Saving Our Blue. Il-preżenza tiegħek waqt l-avveniment tikkostitwixxi kunses biex jittieħdu ritratti/filmat għal skopijiet ta’ Marketing u pubbliċità. Jekk ma tixtieqx li tidher f’dawn ir-ritratti/filmati, jekk jogħġbok kellem lil membru tar-Reception tagħna. Dawn jagħtuk stiker speċjali biex tippermetti lill-fotografu/videographer tagħna jidentifikak u ma jinkludikx fl-ebda ritratt/filmat. Aktar informazzjoni tista’ tingħata mir-Reception tagħna.

Avvenimenti

UoM Electric Car Launch

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more