Waqt konferenza stampa li saret fl-Esplora llum, tħabbru l-proġetti li se jibbenefikaw min-National STEM Community Fund 2023. Il-Konferenza Stampa kienet indirizzata mill-Onor. Keith Azzopardi Tanti, Segretaru Parlamentari taż-Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, Dr. Tonio Portughese, Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija u s-Sur Olaf McKay, Kap tal-Esplora.
L-għan ewlieni tan-National STEM Community Fund 2023 huwa li jippromwovi s-suġġetti STEM fi ħdan il-komunità. Il-proġetti magħżula għall-finanzjament huma Grow Your Own, Beat the Wheat, Bombs to Batoids – Filfla Nature Reserve f’35, D.I.C.E u STEMmersion. Jekk tixtieq taqra aktar dwar dawn il-proġetti, tista’ tagħmel dan billi tidħol hawnhekk