Seminar ta’ Konklużjoni: Empowering Youths in STEM through the Arts

Esplora, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, b’kollaborazzjoni maċ-Ċentru tax-Xjenza NEMO, iċ-Ċentru tax-Xjenza Cosmo Caixa, Inizjamed u l-Aġenzija Żgħażagħ qed jorganizzaw Seminar ta’ Konklużjoni bl-isem ta’ Empowering Youths in STEM through the Arts. Dan is-seminar se jsir nhar it-Tlieta 10 ta’ Mejju mit-8.30 am san-12.30 pm fis-Sala tal-EsploraPlanetarium.

Matul dan is-seminar, il-parteċipanti se jkollhom l-opportunità li jsiru jafu aktar dwar tliet workshops interattivi li ġew żviluppati minn dawn it-tliet Ċentri tax-Xjenza. Dawn il-workshops huma immirati lejn żgħażagħ ta’ età bejn is-16 u l-24 sena u għandhom tema komuni li hi dik tat-Teknoloġija inkluż aspetti tal-Intelliġenza Artifiċjali u Robotika.

Il-parteċipazzjoni hija mingħajr ħlas. Biex tirreġistra, ġentilment mitlub timla din il-formola ta’ reġistrazzjoni.

Minħabba li l-postijiet disponibbli huma limitati, il-parteċipazzjoni f’dan is-seminar hija fuq bażi ta’ min jibbukja l-ewwel jinqeda l-ewwel.

ey_steamwebsite

Avvenimenti

Ħinijiet Addattati għas-Sensittivitajiet Sensorjali

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more