Serata għall-Edukaturi fl-Esplora

Bi pjaċir kbir inħabbru r-ritorn tas-Serata għall-edukaturi li se tittella’ fl-Esplora nhar il-Ġimgħa l-20 ta’ Settembru 2024, mis-sitta u nofs (6:30pm) ‘il quddiem fejn iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza se jiftaħ il-bibien tiegħu esklussivament għall-edukaturi. Ingħaqad magħna għal serata divertenti u rilassanti mingħajr ħlas!

L-iskeda mħejjija għal din is-serata:

Il-Programm il-ġdid tal-Edukazzjoni: Flimkien nagħtu daqqa t’għajn lejn il-programm Edukattiv għas-sena 2024/2025 li l-Esplora għandu mfassal għall-klassijiet minn Kinder 1 sa Year 11. Ħa ssir taf kif il-programm edukattiv tagħna jimxi id f’id mal-kurrikulu skolastiku u kif b’ala edukatur inti tista’ jtejjeb it-tagħlim. Ipprova xi wħud mill-attivitajiet popolari tagħna u esperjenza l-wirjiet tax-xjenza u l-workshops ġodda tagħna.

Interaġixxi ma’ aktar minn 200 esebit: Ipprova l-esebiti interattivi tagħna biex b’hekk tiskopri modi ġodda kif tispira lill-istudenti tiegħek fis-suġġetti STEAM. Gawdi minn aċċess speċjali (wara l-ħinijiet) għall-Esploraplanetarium li jieħdok fuq vjaġġ immersiv fis-sistema solari u lil hinn minnha!

Aqsam l-ideat tiegħek: Iddidkuti l-bżonnijiet tiegħek mal-istaff tal-Esplora u aqsam l-ideat tiegħek magħhom. Nassigurawk li l-feedback tiegħek se jkun milqugħ tajjeb u apprezzat għax aħna dejjem nieħdu gost nisimgħu l-opinjoni tiegħek dwar kif nistgħu ntejbu l-programmi tagħna għalik u għall-istudenti tiegħek.

Ikel, Xorb, u divertiment: Gawdi ikel u xorb bnin u mingħajr ħlas b’veduta spettakolari tal-Port il-Kbir.

Tagħrif importanti:

• Dan l-avveniment huwa mingħajr ħlas għall-edukaturi kollha li għandhom karta tal-għalliema valida jew ittra mill-kap tal-iskola li tikkonferma l-pożizzjoni ta’ għalliem jew Learning Support Educator (LSE).

• Il-postijiet huma limitati għalhekk jekk tixtieq tattendi għal din is-serata nirrakomandaw li tirreġistra l-interess teigħek billi timla din l-formola tar-reġistrazzjoni qabel il-15 ta’ Settembru biex tiżgura postok. https://forms.gle/9jjP9AS8ws4Krspa8

Ibqa’ aġġornat: Ingħaqad mal-grupp tal-Facebook li nħoloq apposta għall-edukaturi tagħna niex tibqa’ aġġornat dwar l-aħħar aħbarijiet dwar dan l-avveniment. https://www.facebook.com/groups/esploraofficialeducators. Jekk għandek xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok ibgħatilna email fuq programmes@esplora.org.mt

Għal aktar informazzjoni rigward il-programm edukattiv, jekk jogħġbok żur il-link: https://esplora.org.mt/education-programme-2024-2025/

Titlifx din is-serata speċjali biex minn barra  li tiddeverti u tiskopri affariejiet ġodda, tiċċelebra l-bidu ta’ sena skolastika ġdida magħna fl-Esplora!

Avvenimenti

Serata għall-Edukaturi fl-Esplora

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Tagħlim għal kulħadd: Xprunar tal-għarfien għal Impatt Akbar b’firxa usa’.

View more