Tmiem il-ġimgħa b’attivitajiet sajfin ġewwa l-Esplora!
Jekk qed tfittex attivitajiet divertenti għal uliedek dan is-Sajf, ingħaqad flimkien magħna, l-Esplora, kull nhar ta’ Sibt u Ħadd għal “Splash into Science”.
Nistednukom tgawdu dan l-istaġun billi tqattgħu kulltmiem il-ġimgħa flimkien magħna u tinvolvu ruħkom f’attivitajiet abbinati mas-Sajf, fejn beħsiebna negħlbu sfidi divertenti li żgur se tieħdu gost bihom. Ħejjejna ħames sfidi mqassmin fuq medda ta’ għaxar ġimgħat li se jkunu mimlija b’attivitajiet eċċitanti, innovattivi u maħluqin apposta biex jistimulaw lil uliedkom!
Minbarra li joffri numru sabiħ ta’ esebiti u attivitajiet prattiċi , l-Esplora jibqa’ l-ambjent ideali li jħalli lill-imħuħ kurjużi tat-tfal jesploraw u jiskopru kunċetti ġodda. Ħalli/Ara li dan is-Sajf ikun wieħed memorabbli għall-familja kollha!
L-iskeda ta’ attivitajiet:
Sfida 1: Tiri fl-Ajru
Uża l-kreattività u xpruna l-ħiliet tiegħek fl-inġinerija permezz tal-isfida ‘Tiri fl-Ajru’! Fassal u ibni ajruplani u paraxuts tal-karti filwaqt li tiskopri fatti interessanti dwar l-ajrudinamika u l-gravità. Din l-isfida hija addatata partikolarment għal min jixtieq isir inġinier u għal dawk l-imħuħ kurjużi!
(13 – 14 ta’ Lulju, 20 – 21 ta’ Lulju)
Sfida 2: Sky Jump
Ilħaq il-quċċata permezz tal-isfida ‘Sky Jump’! Skopri l-bijomekkanika u l-fiżika permezz tal-qbiż filwaqt li timpenja ruħek f’attivitajiet li jaħlu ħafna enerġija. Din hija attivitàperfetta għal dawk li tinteressahom ix-xjenza sportiva u l-edukazzjoni fiżika!
(27 – 28 ta’ Lulju, 3 – 4 ta’ Awwissu)
Sfida 3: Kors fl-ostakli tal-kodifikazzjoni
Għodos fid-dinja tal-kodifikazzjoni permezz tal-Coding Obstacle Course li żgur se joffri ħafna eċċitament! Bl-użu ta’ struzzjonijiet preċiżi se tkun tista’ tinnaviga l-ostakli biex tiskopri l-elementi fundamentali tal-ipprogrammar. Permezz ta’ din l-isfida divertenti ser tifhem aħjar kemm hi importanti l-komunikazzjoni ċara u l-ħsieb loġiku!
(10 – 11 ta’ Awwissu, 17 – 18 ta’ Awwissu)
Sfida 4: Ejja nibnu Fortizza!
Lesti ruħek biex tibni u tiddefendi l-forti tal-kartun tiegħek stess permezz tal-isfida ‘Ejja nibnu Fortizza!’ Applika l-prinċipji tal-inġinerija u l-fiżika billi toħloq struttura b’saħħitha kemm jista’ jkun. Din l-attività żgur li se togħġob lil kull min jaspira li jsir perit jew inġinier!
(24 – 25 ta’ Awwissu, 31 ta’ Awwissu – 1 ta’ Settembru)
Sfida 5: Tindif mit-tixrid taż-żejt
Esperjenza l-impatt tad-diżastri ambjentali bl-isfida tagħna imsejħa ‘Tindif mit-tixrid taż-żejt’. Waqt din l-isfida, ser issir simulazzjoni ta’ tindif mit-tixrid taż-żejt fejn ser titgħallem dwar il-konsegwenzi severi li diżastri bħal dawn joħolqu fuq il-ħajja tal-baħar u l-ekosistemi tagħna. Xammar il-kmiem magħna ħalli flimkien nifhmu x-xjenza ambjentali u r-responsabbiltajiet tagħna lejn il-baħar!
(14 – 15 ta’ Settembru, 21 – 22 ta’ Settembru)