Spooktacular Science

Ħinijiet tal-Ftuħ b’tema tal-Halloween

Dan il-Halloween, ingħaqad magħna għal avventura stramba li se teħodna fid-dinja intriganti tax-xjenza. Ġimgħa sħiħa mimlija attivitajiet tax-xjenza kemxejn differenti, wirjiet sorprendenti u esperimenti tal-għaġeb li se jiddevertu lill-familja kollha.

Ibda l-avventura tiegħek billi tesplora ċ-ċentru tax-xjenza li se jkun mibdul f’dinja stramba mimlija oqbra, għanqbud u qargħa aħmar. Imbagħad esplora l-attivitajiet divertenti li se jkun hemm f’diversi postijiet madwar iċ-ċentru. Investiga l-ġisem uman u kif inhu magħmul permezz  ta’ kamra tad-dissezzjoni  u ngħaqad ma’ klassi speċjali li fiha se nuru l-għeġubijiet tal-kimika b’diversi esperiment affaxxinanti.

Ibqa’ segwina biex tiskopri diversi kompetizzjonijiet li għandna għalikom kemm mill-Esplora stess kif ukoll fuq il-midja soċjali tagħna biex b’hekk tidħol fiċ-ċans li tirbaħ premjijiet sbieħ!

Tista’ tipparteċipa f’dawn l-attivitajiet b’tema tal-Halloween min-nhar is-Sibt 30 t’Ottubru sal-Erbgħa 3 ta’ Novembru fejn Esplora se jkollu ħinijiet ta’ ftuħ estiżi mill-10 ta’ filgħodu sas-sitta ta’ filgħaxija.

Fost l-attivitajiet li tista’ ssib matul din il-ġimgħa hemm:

Inferno – Xow tax-xjenza dwar in-nar li fih diversi esperimenti u dimostrazzjonijiet. Meta tuża kimiċi u materjali differenti tista’ toħloq diversi tipi ta’ fjamma – minn ikkuluriti, fjamem li jiżfnu, xrar u naturalment anke splużjonijiet.

Potions Galore – Mini xow tax-xjenza dwar l-għeġubijiet tal-kimika. Esperjenza diversi reazzjonijiet ta’ kimiċi differenti, splużjonijiet kbar u anke skopri kuluri mill-isbaħ hekk kif il-bejjiegħa tagħna tipprova tbiegħlek il-potion ideali tiegħek.

Dissection Room – Mini xow tax-xjenza mimli dimostrazzjonijiet li jippermettilek tara dak li hemm ġewwa ġisimna. Tiflaħ tara x’hemm ġewwa l-qalb? Jew tħares mill-qrib lejn dawk l-għajnejn? Dan kollu fid-Dissection Room tal-Esplora.

Wonders of the Night Sky: Halloween Edition – Osserva s-sema mudlama tal-lejla ta’ Halloween u skopri diversi stejjer tal-antenati tagħna dwar kreaturi mitiċi. Esplora wkoll l-iktar partijiet mudlama fis-sistema solari tagħna.

Segwuna fuq il-midja soċjali tagħna għal aktar tagħrif.

website-banner

Avvenimenti

UoM Electric Car Launch

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more