STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Fl-Esplora ġiet inawgurata esebizzjoni ġdida relatata mas-settur marittimu, bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda

Fl-Esplora, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, l-Onor. Keith Azzopardi Tanti flimkien mal-Professur Alan Deidun, f’isem l-Università ta’ Malta, inawguraw esebizzjoni ġdida li bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda, fosthom holograms, se jkunu qed juru l-ħajja ta’ taħt il-baħar b’mod interattiv u lit-tfal ħa tgħinhom jimmaġinaw aħjar is-settur marittimu.​​

L-għan ewlieni ta’ dan il-proġett huwa li jitwessa’ l-użu tat-teknoloġija fil-kamp marittimu, f’żoni mogħnija bil-bijodiversità, speċjalment għall-għanijiet ta’ edukazzjoni ambjentali, magħrufa bħala ocean literacy, li twassal sabiex aktar studenti jkomplu l-istudji tagħhom f’dan il-kamp ta’ riċerka u anke jingħata aktar tagħrif dwar speċi u ambjenti protetti f’żoni ta’ Natura 2000.

Ġie spjegat li għal din l-esebizzjoni qed tintuża teknoloġija innovattiva u interattiva, bħar-realtà virtwali, robots u holograms, li qegħdin jgħinu biex jedukaw lit-tfal u jagħtu stampa ċara tas-settur marittimu.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok agħfas hawnhekk.

Avvenimenti

UoM Electric Car Launch

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more