Summer Camp Spazjali ta’ Esplora ma’ ASM – MIMLI

Ingħaqad magħna għal esperjenza lil hinn mid-dinja* permezz tas-Summer Camp Spazjali ta’ Esplora ma’ ASM! Organizzat miċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, Esplora b’kollaborazzjoni mas-Soċjetà Astronomika ta’ Malta (ASM), dan is-summer camp huwa perfett għal dawk it-tfal li jaffaxxinaw ruħhom mill-misteri tal-ispazju.

Imtella’ mill-25 sat-28 ta’ Lulju, il-parteċipanti se jmorru fuq vjaġġ inkredibbli permezz ta’ sensiela ta’ workshops impenjattivi li se jkunu mmexxija mill-komunikaturi tax-xjenza tagħna flimkien ma’ esperti mill-ASM. Kun kurjuż u esplora l-għeġubijiet tal-ispazju permezz ta’ suġġetti interessanti bħalma huma l-astrofiżika, ix-xjenza planetarja u ħafna aktar.

U dan mhux kollu! Fi tmiem is-summer camp, is-Soċjeta Astronomika ta’ Malta se torganizza wkoll sessjoni esklussiva filgħaxija fl-inħawi tal-Kappella ta’ Marija Maddalena, Ħad-Dingli. Ipprepara ruħek biex tkun imsaħħar* hekk kif tara s-sbuħija tas-sema matul il-lejl waqt sessjoni ta’ stargazing immexxija mix-xjenzati tal-ASM.

Dan is-summer camp se jibda mid-9.00 am sas-14.00 pm kuljum b’sessjoni addizzjonali l-ġimgħa filgħaxija. Is-summer camp se jkun limitat biss għal 25 parteċipant, għaldaqstant inħeġġukom tibbukkjaw il-parteċipazzjoni mill-aktar fiss possibbli! Il-prezz huwa ta’ €30 kull persuna, prezz li joffri valur inkredibbli u esperjenza mill-aqwa dan is-sajf.

Titlifx din l-opportunità li se tgħinek tkompli żżid l-imħabba tiegħek lejn l-ispazju u fl-istess waqt tibda avventura fost l-istilel u l-pjaneti. Irreġistra issa għas-Summer Camp Spazjali ta’ Esplora ma’ ASM billi tibgħat email fuq bookings@esplora.org.mt

L-iskeda ta’ dan is-summer camp tista’ ssibha minn hawnhekk.

*Dan kollu se jkun possibbli permezz tax-xjenza 😉

Avvenimenti

UoM Electric Car Launch

View more

Video

Esplora STEAM Video

View more

Progetti

Sustainable Development Goals – Online Workshops

View more